Avviżi tal-Parroċċa
30 ta’ April 2023
Tberik 2023
Inkomplu bil-quddies u t-tberik fiż-Żoni :Il-quddiesa tibda fis-7.15pm.
Nhar it-Tlieta Żona 7: Il-quddiesa se ssir fil-Ġnien l-Ewropa. Din iż-żona tinkludi dawn it-toroq: Misrah ir-Republika, Sqaq il-helu, L-Iben il-hali, Triq San Mikiel mill-pjazza sal-Bronja, Triq il-karmnu u Triq San Bert bl-isqaqien taghhom, Toroq it-Tjieba, Alessandru, Barcelona, Sant Andrija, San David, u Wesgha JM Cassar
Nhar il-Ħamis Żona 8: Il-quddiesa se ssir fi Triqil- Ġibjun Sa. Din iż-żona tinkludi dawn it-toroq: Triq il-Kuncizzjoni, Triq il-Mithna, San Mark, Dejqa, Barrieri, Nigret, Madre Tereza Nuzzo, l_Imdawra, Wied Ganu, Wardija, Munqar, Wahx, Franzina,
Festa ta’ San Ġużepp
Nhar il-Ħadd li ġej, fil-parroċċa tagħna niċċelebraw il-festa ta’ San Ġużepp. Fis-6.00 pm jkollna quddiesa kantata bis-sehem tal-kor parrokkjali u wara purċissjoni li tgħaddi mit-toroq tas-soltu.
Laqgħa għall-anżjani Nhar it-Tnejn fid-9.00am.
Laqgħa ta’ talb: nhar l-Erbgħa fil-knisja ta’ Bubaqra fis-7.00pm.
Konsulta tal-Fratellanza ta Santu Rokku –nhar il-Ġimgħa li ġej wara il- quddiesa tas-6.30pm
Gurnata Adorazzjoni:
Is-Sibt 6 ta’ Mejju se ssir Ġurnata Adorazzjoni Ewkaristika fil-Museum tas-Subien, mit-8:00am sat-8:00pm. Kull saghtejn, 9:30am, 11:30am, 1:30pm, 5:30pm u 7:30pm ikun hemm ħin ta’ talb organizzat mit-talb ta’ San Ġorġ Preca. Fit-3:00pm tingħad il-kurunella tal-Ħniena Divina. Dakinhar ma jkunx hemm Adorazzjoni f’San Ġakbu
Kelma Tal-Ħajja: Infakkru id-distributuri tal-Kelma tal-ħajja biex jiġbru il-koppji mis-sagristija.
Lotterija Salib: Numru Rebbieħ Rosa Serie: JKL numru 160.
Nitolbu għal ħutna li għaddew għall-ħajja ta’ dejjem matul din il-ġimgħa: Nina Chircop u Josef Cassar . Agħtihom, o Mulej…
Illlum Jum il- Karita’