Avviżi tal-parroċċa – 23 ta’April 2023
Tberik 2023
Inkomplu bil-quddies u t-tberik fiż-Żoni
Il-quddiesa tibda fis-7.15pm. Qabel il-quddiesa se jkun hemm is-servizz tal-qrar u wara l-quddiesa mħeġġin tibqgħu ftit tal-ħin flimkien biex nitkellmu ftit bejnietna f’atmosfera soċjali.
Nhar it-Tlieta Żona 5: Il-quddiesa se ssir f’ Misraħ il-Karmelitani, biswit Triq Babu. Din iż-żona tinkludi dawn it-toroq:
Triq Wied Babu, Togores, Mizieb, Gianferli, Zondadari, Gio Batta Saydon, Frangisk Coleiro, Benedittini, Luret Zammit, Guzepp Farrugia, U Misrah San Gorg, Triq il-Kangu, Widnet il-Baħar, Karmnu Zammit, GM Borg, Xandru D’Amato, wied, Ferdinandu Falzon, Frangisk Bugeja, Merill, Antonia Farrugia, Qroll u Tunnara. Blue Grotto Ave. Minn Wied Babu sat-Tunnara
Nhar il-Ġimgħa Żona 6: Il-quddiesa se ssir fi Triq Kan Vinc. Blazan. Din iż-żona tinkludi dawn it-toroq:
It-Toroq kollha fiz-zona tal-Bebbux I u II, mit-Triq tal-Qrendi sat Triq Hal Millieri
Laqgħa tal-grupp Padre Pio: Il-Ħamis, fil-Kappella ta’ San Ġakbu, fil-5.30 pm.
Taize Meetings
Mument ta’ talb u riflessjoni fuq stil Taize’ nhar il-Ħamis, li ġej, 27 ta’ April fis-7.30pm.
Dan il-mument hu miftuħ għal kulħadd.
Jum il-Karita’
• Nhar il- Ħadd, 30 ta’ April, il-Knisja f’Malta tiċċelebra JUM IL-KARITA: matul din il-ġimgħa se jkun hawn qfief biex fihom jitpoġġew offerti ta’ ikel għall-istituti tal-knisja; din is-sena l-offerti tagħna se jmorru għad-dar tat-tfal Santa Tereża tas-sorijiet tal-parroċċa tagħna; barra dan, il-ġbir tal-weekend li ġej se jmur bħala offerta b’risq il-ħidma u d-djar ta’ karità li l-Knisja għandha f’pajjiżna; bl-offerta tagħna nkunu qed ngħinu tfal, żgħażagħ u familji li huma fil-bżonn u għaddejjin minn diffikultajiet. Inkunu ġenerużi.
Nitolbu għal ruħ Andrew Abdilla li għadda għall-ħajja ta’ dejjem matul din il-ġimgħa: Agħtih, o Mulej.