Avviżi tal-Ħadd

Avviżi tal-Parroċċa  

14 ta’ Mejju 2023

 

Tberik 2023 – Inkomplu bil-quddies u t-tberik fiż-Żoni: il-quddiesa tibda fis-7.15pm.

Nhar it-Tlieta – Żona 11: Il-quddiesa se ssir fi Triq il-Qiegħa. Din iż-żona tinkludi dawn it-toroq: Vjal l-Indipendenza minn Sant’Agatha Complex sa Triq Bubaqra, Toroq Bubaqra, Kalanġ Bugeja, Tin, Fortunat Dalli, Hompesch, Qiegħa, Dun Nard Mallia, San Bastjan u Sardinell.

Nhar il-Ħamis – Żona 12: Il-quddiesa se ssir fi Triq Fra G. Zammit. Din iż-żona tinkludi dawn it-toroq: Vjal l-Indipendenza minn Triq Bubaqra san-Nigret, Toroq Zacaria Roncalli, Ta’ Ciantar, G.M. Callus, Fra GanMari Zammit, Torri, San Ġorġ Preca u Passju.

Min ma setax jingħaqad fiż-żona tiegħu, hu mitlub li jingħaqad f’żona oħra.

Proġett – Tibdil tat-tieqa il-Kbira

Beda il-proċess biex tinbidel it-Tieqa il-Kbira tal-Knisja Arċipretali f’dik ta’ Stained Glass bl-imaġni ta’ Santa Katarina fuqha. L-Inawgurazzjoni se jsir nhar il-Ħadd 28 ta’ Mejju2023 fil- 5.00pm . Ħajr lil Każin ta’ Santa Katarina li ħa ħsieb dan il-proġett u lil kull min għen.

 

Proġett Pitturi tal-Lunetti.

Ser nagħtu bidu għall-Proġett tal-Pitturi tal-Lunetti. F’dawn l-aħħar ġranet inxtraw it-travi u l-injam li għandna bżonn għal dan il-proġett. Spiża li laħqet is-16,500 ewro. Nhar is-Sibt  filgħodu se nibdew inqegħduhom f’posthom. Għalhekk jekk hawn min fiżikament b’saħħtu li lest li jgħinna, importanti li javviċinana. Nibqgħu nappellaw ukoll għall-ġenerożità tagħkom biex inkunu nistgħu nifdu l-ispejjeż. Navzaw li l-quddiesa tat-8.00am ta’ nhar is-Sibt se ssir fil-kappella ta’ San Ġakbu.

 

Irtir għat-Terzjarji Karmelitani.

Min hu interessat javviċina lil Carmen Farrugia sa nhar l-Erbgħa.

 

Laqgħa għal dawk interessati fil-Liturġija

L-Arċidjoċesi ta’ Malta qed torganizza laqgħa għal dawk interessati fil-liturġija, bit-tema ‘Lejn Liturġija li tattirana u tbiddilna’. Il-kelliem se jkun Goffredo Boselli, konsulent tal-Kummissjoni għal-Liturġija tal-Konferenza Episkopali Taljana. Il-laqgħa ser tkun nhar it-Tlieta, 23 ta’ Mejju 2023 fis-Seminarju tal-Arċisqof, Tal-Virtù, ir-Rabat u tibda fis-7.00pm. Dawk kollha interessati li jattendu huma mitluba jirreġistraw fuq: parrocci.knisja.mt

 

Il- Ħamis fis-6.30pm issir il-quddiesea għal dawk li mietu fix xahar ta’ April

 

Illum,  il-Ħadd  quddiesa fiċ-ċimiterju b’suffraġju tal-ommijiet mejtin fis-7.00pm. f’kaz ta riħ qawwi u jew xita issir fil knisja ta’ Bubaqra.

 

Nitolbu għal ħutna Mary Bonello u Joseph Farrugia li għaddew għall-ħajja ta’ dejjem matul din il-ġimgħa.Agħtihom, o Mulej…

Comments are closed.