Avviżi tal-Ħadd

Avviżi tal-Parroċċa  

21 ta’ Mejju 2023

 

Tberik 2023 – Inkomplu bil-quddies u t-tberik fiż-żoni: il-quddiesa tibda fis-7.15pm.

Nhar it-Tlieta – Żona 13: Il-quddiesa se ssir fi Triq l-Arċipriet Mifsud.

Din iż-żona tinkludi dawn it-toroq: Fra Luca Zurki, Zaccaria Roncalli, Santa Fawstina, Mitlaq, Skulturi Fabri, Isourd Xuereb, San Ciru, Triq it-Torri, Imtali, San Porfirju, Costantinu Farrugia, Salvu Saliba, Giebja, Arcipriet Mifsud

Nhar il-Ġimgħa – Żona 14: Il-quddiesa se ssir fi Triq Ġnien il- Bennej.

Din iż-żona tinkludi dawn it-toroq: Vjal ix-Xarolla, Toroq Testaferrata, Rokku Buhagiar, De Mello, Francesco Zahra, Dun Mikiel Dámato, M. Perez Dáleccio, San Pawl, Sajjieda, Arturo Dimech, Fonzu Gauci, Kalang Saliba, Leli Camilleri, 23 ta’Lulju 1942

Min ma setax jingħaqad fiż-żona tiegħu, hu mitlub li jingħaqad f’żona oħra. Dawn huma l-aħħar żewġ  żoni minn din l-iskema tat-tberik għal din is-sena.

 

Nhar l-Erbgħa huwa l-aħħar Erbgħa tal-Madonna tal-Karmnu. Fis-6.00pm jitkanta l-għasar, fis-6.30pm quddiesa bil-prietka u wara kurunella fuq l-altar tal-Madonna tal-Karmnu, jitkanta t-Te Deum u tingħata l-Barka Sagramentali. Il-quddiesa se tkun animata mill-Banda Queen Victoria.

Taizè Meeting Mument ta’ talb u riflessjoni fuq stil Taizè, nhar il-Ħamis 25 ta’ Mejju fis-7.45pm. Dan il-mument hu miftuħ għal kulħadd.

Nhar il-Ħadd 28 ta’ Mejju se ssir l-Inawgurazzjoni uffiċjali tat-tieqa il-kbira tal- Knisja Arċipretali li nbidlet f’dik ta’ Stained Glass bl-immaġni ta’ Santa Katarina fuqha. Fil-5.15pm se jsir programm żgħir u d-diskorsi. Fis-6.00pm jkollna quddiesa ta’ radd il-ħajr. Din l-inawgurazzjoni qed issir flimkien mas-Soċjetà Mużikali Santa Katarina.

 

  • Proġett Pitturi tal-Lunetti. Tajna bidu għall-Proġett tal-Pitturi tal-Lunetti. Nibqgħu nappellaw ukoll għall-ġenerożità tagħkom biex inkunu nistgħu nifdu l-ispejjeż. Nirringrazzjaw lil dawk li qed jgħinu.

 

  • Laqgħa għal dawk interessati fil-Liturġija.

Infakkru fil-laqgħa għal dawk interessati fil-liturġija, bit-tema ‘Lejn Liturġija li tattirana u tbiddilna’. Il-kelliem se jkun Goffredo Boselli, konsulent tal-Kummissjoni għal-Liturġija tal-Konferenza Episkopali Taljana. Il-laqgħa ser tkun nhar it-Tlieta li ġej fis-Seminarju tal-Arċisqof, Tal-Virtù, ir-Rabat u tibda fis-7.00pm. Dawk kollha interessati li jattendu huma mitluba jirreġistraw fuq: parrocci.knisja.mt

 

Nitolbu għal oħtna Konsulata Farrugia li għaddiet  għall-ħajja ta’ dejjem matul din il-ġimgħa. Agħtiha, o Mulej…

Comments are closed.