Avviżi tal-Parroċċa
4 ta’ Ġunju 2023
Proġett Lunetti tal-Knisja Arċipretali
Ilbieraħ ingħata bidu uffiċċjali għax-xogħol ta’ restawr fuq is-saqaf minn ġewwa tal-Knisja Parrokkjali, wara l-ħidma ta’ numru ta’ voluntiera fl-aħħar jiem biex itellgħu t-travi, għas-saqaf temporanju li minn fuqu ser isir ix-xogħol. Huwa stmat li l-ispiża għal dan il-proġett se tkun madwar €60,000. Il-Ministeru tal-Kultura se jkun qed jagħti ko-finanzjament ta’ €30,000 waqt li l-kumplament tal-ispiża se jinħarġu mill-Parroċċa, permezz ta’ ġbir li qed isir. Ma’ dan hemm ukoll l-ammont kbir ta’ sigħat ta’ ħidma mogħtija b’xejn minn numru ta’ voluntiera.
Grati lejn kull min qed jikkontribwixxi biex inkomplu nieħdu ħsieb din il-ġawhra li għaddewlna missirijietna.
Nhar il-Ġimgħa se ssir il-festa tal-Qalb ta’ Ġesù fin-Nigret. Għalhekk nhar it-Tlieta, l-Erbgħa u l-Ħamis ikunu jiem ta’ tridu bi tħejjija: fil-5.15pm jkun hemm rużarju u għasar u fis-6.00pm quddiesaimexxija minn Fr Stephen Attard. Nhar il-Ġimgħa fis-6.45am ssir il-quddiesa li fiha jsir it-tiġdid tal-voti mis-Sorijiet u wara adorazzjoni sal-11.30am.Fil-5.30 pm għasar u fis-6.00pm quddiesa minn Mons. Karm Camilleri. Wara l-quddiesa ssir purċissjoni bis-Santissimu Sagrament li tgħaddi mit-toroq taż-żona. Inħeġġu lit-tfal tal-Ewwel Tqarbina u lill-Fratelli tas-sagrament biex jieħdu sehem.
Nhar il-Ħadd niċċelebraw is-Solennità tal-Ġisem u d-Demm ta’ Kristu – il-festa ta’ Corpus.
Fis-6.00pm ssir quddiesa mmexxija minn Mons. Karm Camilleri bis-sehem tal-kor parrokkjali. Fiha jsir it-tiġdid tal-voti mis-Sorijiet u wara purċissjoni bis- Santissimu Sagrament li tgħaddi mix-Xarolla. It-tfal tal-Ewwel Tqarbina huma mistiedna jieħdu sehem.
Laqgħa għall-Anzjani: Nhar it-Tnejn li ġej fid-9.00am.
Laqgħa ta’ talb: nhar l-Erbgħa fil-knisja ta’ Bubaqra fis-7.15pm.
Prezentazzjoni tat-tfal li se jagħmlu il-Ġriżma tal-Isqof f’Novembru.: Il-Prezentazzjoni se ss ir waqt il- Quddiesa tas-Sibt li ġej fis 6.3opm fil- Knisja Arċipretali.
Pellegrinaġġ: Nhar il-Ħamis se jsir pellegrinaġġ għat-terzjarji karmelitani u devoti tal-Madonna, li jsir kull sena Din is-sena se jsir għall-Knisja tal-Madonna tal-Ħniena fil-Qrendi. Tluq mill-venda fis-6.00pm. Min jixtieq jieħu sehem għandu jkellem lil Carmen Farrugia jew lil xi ħadd mill-Kumitat.
- Nitolbu għal ruħ Giovanna Zahra li għaddiet għall-ħajja ta’ dejjem matul din il-ġimgħa: Agħtiha, o Mulej…