16 ta’ Lulju 2023
Illum, il-Ħadd, nagħtu bidu għall-festa tal-Madonna tal-Karmnu fil-parroċċa tagħna. F’12.00 pm isir il-ħruġ tal-vara tal-Madonna tal-Karmnu.
It-Tnejn, fis-6.30 pm, quddiesa għat-tfal: tkun animata mill-membri tal-MUSEUM.
It-Tlieta, fis-6.30 pm, quddiesa li fiha issir il-professjoni u t-tiġdid tal-wegħdiet tal-fratelli u sorelli tal-Fratellanza tal-Madonna tal-Karmnu.
L-Erbgħa, fis-6.30 pm, quddiesa u prezentazzjoni tat-trabi u tat-tfal lill-Madonna.
Il-Ħamis: l-Ewwel Jum tat-Tridu. Fis-6.00 pm għasar tal-Madonna u fis-6.30 quddiesa kantata bil-priedka minn Patri Dun Evan Aquilina . Wara l-quddiesa: funzjoni Marjana fuq l-artal tal-Madonna tal-Karmnu
Matul il-ġranet tat-tridu jkollna saċerdot barrani għall-qrar mill-5.00 pm ‘l-quddiem.
Il-Ġimgħa: it-Tieni Jum tat-Tridu. Fl-10.00 am issir quddiesa għall-morda u l-anzjani. Il-funzjoni ta’ filgħaxija tkun bħal dik tal-jum ta’ qabel.
Is-Sibt: it-tielet jum tat-Tridu u Lejliet il-Festa. Filgħodu u filgħaxija jkollna saċerdoti barranin għall-qrar. Fis-6.00 pm għasar solenni u fis-6.30 pm quddiesa kantata. Wara l-quddiesa: ċelebrazzjoni fuq l-artal tal-Madonna tal-Karmnu
Il-Ħadd: Jum il-festa. Filgħodu, isir quddies fis-6.00, fis-7.00 u fit-8.00 (mhux fit-8.30). Fid-9.00 am, Quddiesa solenni mmexxija minn Mons. Michael Bugeja, bil-paneġierku minn Patri Michael Camilleri O.P. Wara jkollna quddiesaFil-11.15 am u fil-5.00 pm. Fis-6.00 pm, Għasar solenni u purċissjoni bil-vara tal-Madonna tal-Karmnu; imexxi Mons. Karm Refalo. Mad-dħul tal-purċissjoni titkanta l-Antifona, tingħad il-Kurunella, tingħata il-Barka Sagramentali u jsir il-bews tar-Relikwija.
Wieħed jista’ jinnota li ġibna lura mir-restawr ix-xbieha tal- Qalb ta’ Marija. Nirrngrazzjaw lill-benefatturi li daħlu għal dan il-proġett.
Nitolbu għal ruħ Mikiel Pace u Gilbert Camilleri u Suor Agnese Chircop li għaddew għall-ħajja ta’ dejjem matul din il-ġimgħa: Agħtiha, o Mulej, …