6 ta’ Awwissu 2023
L-arbural għall-festa ta’ Santa Katarina
Infakkru li l-arbural għall-festa ta’ Santa Katarina għal din is-sena huwa miftuħ u kulħadd hu mistieden biex jagħmel l-offerta tiegħu fl-uffiċċju parrokkjali. L-arbural huwa sors importanti ħafna biex ikollna festa titulari xierqa. Napprezzaw il-ġenerozità tagħkom.
Quddiesa b’suffraġju
Il-quddiesa ta’ nhar il-Ħamis filgħaxija se tkun b’suffraġju għall-ħutna li mietu matul ix-xahar ta’ Lulju. Il-familjari huma mistiedna jieħdu sehem.
Ħarġu l-applikazzjonijiet għar-Reffiegħa u forċini fl-istatwa ta’ S. Katarina.
Dawk il-fratelli li huma mseħbin fil-Fratellanza tas-S.S. Sagrament u l-Qalb ta’ Ġesù u jixtiequ jkunu reffiegħa u forċini fl-istatwa ta’ S. Katarina fil-purċissjoni tal-festa huma mitluba jieħdu formola mis-Sagristija.
Korsijiet ta’ Tħejjija għaż-Żwieġ Nisrani (il-Kors ta’ Kana).
F’Ottubru li ġej, se jsiru Korsijiet ta’ Tħejjija għaż-Żwieġ Nisrani (il-Kors ta’ Kana). Dawn isiru f’diversi parroċċi, fosthom fil-parroċċa tagħna. Dawk il-koppji li jixtiequ jibbukkjaw għandhom jagħmlu dan direttament billi jidħlu fil-websajt ta’ Kana.
L-Arċipriet ser jingħaqad ma’ Grupp ta’ żgħażagħ biex jagħmel parti mill-Cammino ta’ Santiago Di Compostella. Fil-ġranet li se jkun assenti, l-Amministratur se jkun Mons. Karm Camilleri.
Nitolbu għal ħutna mill-parroċċa li għaddew għall-ħajja ta’ dejjem din il-ġimgħa: Anthony Salerno, Philiomena Zahra, Ursula Bellizzi u Emanuel Grixti