Avviżi tal-Ħadd

10 ta’ Settembru 2023

 

Dħul tal-vara  ta’ Santa Katarina fin- niċċa tagħha

Waqt li nirringrazzjaw lil kulħadd għas-sehem mogħti fiċ-ċelebrazzjoni tal-festa ta’ Santa Katarina, infakkru li llum, il-quddiesa tal-10.45am tkun offruta b’ringrazzjament għall-festa li ċċelebrajna. Wara l-quddiesa, is-saċerdoti tal-parroċċa jdaħħlu l-vara ta’ Santa Katarina lura fin-niċċa.

 

JUM L-ART IMQADDSA

Nhar il-Ħadd li ġej, il-Knisja f’Malta tiċċelebra JUM L-ART IMQADDSA: aħna mistiedna nitolbu għall-paċi f’din l-art tant għażiża għalina l-insara u anke għal reliġjonijiet oħra. Barra dan, il-ġbir li se jsir fil-quddies tas-Sibt u l-Ħadd li ġejjin se jkun bħala offerta b’risq il-missjoni tal-Patrijiet Framġiskani fl-Art Imqaddsa.

 

Festa Santu Rokku

Nhar il-Ħadd li ġej  ukoll, fil-parroċċa tagħna, niċċelebraw il-festa ta’ S. Rokku. Fis-6.00 pm issir quddiesa bis-sehem tal-kor parrokkjali u wara purċissjoni li tgħaddi mit-toroq tas-soltu.

 

Il-quddiesa ta’ nhar il-ħamis fil-għaxija (6.30pm) tkun b’suffraġju ghall-erwieħ ta’ ħutna li mietu matul ix-xahar t’Awwissu. Il-familjari huma mistiedna jieħdu sehem.

 

Nitolbu għal ħutna mill-parroċċa li għaddew għall-ħajja ta’ dejjem din il-ġimgħa: Pawlu Saliba , Charlie Caruana u Nazzareno D’Amato.

Agħtihom, o Mulej, …

 

Comments are closed.