Festa tal-Ħniena Divina
Illum il-Ħadd hija l-Festa tal-Ħniena Divina; għalhekk, fil-5.00 pm issir l-adorazzjoni tal-Ħniena Divina u wara nkomplu bil-quddiesa.
Inkomplu bil-quddies u Tberik fiż-Żoni: Il-quddiesa tibda fis-7.00 pm. Idealment kulħadd jattendi għall-quddiesa fiż-żona indikata:
It-Tielet Żona – Bubaqra 9 ta’ April 2024
Misraħ Santa Marija, Triq Santa Marija, Santu Rokku, San Iljun, L-Imwieġel, E. Grech, Maria Farrugia, 15 ta’ Awwissu, Dun Salv Farrugia, Dun Salv Magri, Saverio Laferla, Luq, Midra, Ġoswalda Calleja, Gio Battista Riccio, Minġel, Nardo Sacco u Morphou, Triq Bubaqra minn Triq it-Tin lejn il-pjazza, Triq it-Torri, Sqaqien it-Torri, San Leonardu, Sant’ Antnin.
Ir-Raba’ Żona Tal-Bambina 12 ta’ April 2024
Vjal l-Indipendenza minn Sant’Agata Complex sa Triq Bubaqra, Toroq Bubaqra, Kalanġ Bugeja, Tin, Fortunat Dalli, Hompesch, Qiegħa, Tobba Sciberras.
L-Erbgħa jitkomplew L-Erbgħat tal-Karmnu. Il-quddiesa tibda fis-6.30 pm. L-Erbgħat se jkomplihom Fr Jonathan Debattista.
JUM IL-KARITA : Il-weekend li ġej, il-Knisja f’Malta tiċċelebra JUM IL-KARITA: matul din il-ġimgħa se jkun hawn qfief biex fihom jitpoġġew offerti ta’ ikel għall-istituti tal-knisja; il-ġbir tal-weekend li ġej se jmur bħala offerta b’risq il-ħidma u d-djar ta’ karità li l-Knisja għandha f’pajjiżna; bl-offerta tagħna nkunu qed ngħinu tfal, żgħażagħ u familji li huma fil-bżonn u għaddejjin minn diffikultajiet. Inkunu ġenerużi.
Il-kap tal-iskola primarja Żurrieq jixtieq javża lil dawk il-ġenituri li għandhom tfal li twieldu fis-sena 2021 bejn Mejju u Diċembru u jixtiequ jattendu l- iskola tal-gvern jistghu jmorru jiktbuhom. Il-ġenituri jridu jkunu preżenti t-tnejn u jġibu magħhom l-i.d. cards.
Nitolbu għal ruħ Emmanuele Attard, Alfred Abdilla u Charles Cachia li għaddew għall-ħajja ta’ dejjem matul din il-ġimgħa: Agħtihom, o Mulej.