Inkomplu bil-quddies u tberik fiż-żoni: il-quddiesa tibda fis-7.00 pm.
Żona 7 : It-Tlieta: Bubaqra HSE 23 ta’ April 2024 – Il-quddiesa tiġi ċċelebrata fi Triq L-Arċipriet Mifsud
(Luca Zurki, Zaccaria Roncalli, Santa Fawstina, Mitlaq, Skulturi Fabri, Isourd Xuereb, San Ċiru, Triq it-Torri, Imtali, San Porfirju, Costantinu Farrugia, Salvu Saliba, Giebja, Arcipriet Mifsud)
Żona 8: Il-Ġimgħa – Sant Agata 26 ta’ April 2024 – Il-Quddiesa tiġi ċċelebrata fi Triq san Martin
(Triq Sant Andrija, Vincenzo Caruna, Santa Klementina, Sant Agata, Triq Dun Gejt Muscat, Vjal L-indipendenza minn Triq Sant Andrija Sa’ St. Agatha Complex, Triq San Martin minn Vjal lIndipendenza sa Sant Agata, Triq Dun Nard Mallia sal-Gżira ta’ Filfla, u Triq Ħal far, tinkludi ukoll dawk kollha li joqgħodu fil-kampanja fiż-żoni ta’ Ħal Far u l-Ħlantun.)
Taize’ Meeting – Nhar il-Ġimgħa fis-730pm fil- Kappella ta’ San ĠakbuVestizzjoni tal-Abbatini se ssir nhar is-Sibt li ġej fil-quddiesa tas-6.00pm fil-Knisja Arċipretali
Pellegrinaġġ bl-Istawa ta’ San Ġiużepp
- Nhar il- Ħadd filgħaxija fis-6.00 p.m se jiġi organizzat pellegrinaġġ bl-istatwa ta’ San Ġużepp fl- okkażjoni tal- 200 sena mill- miġja tal- istatwa. Il- pellegrinaġġ isir wara l-quddiesa tas-6.00 pm.
- Il- Pellegrinaġġ se jgħaddi minn : Misraħ ir-Repubblika, Triq il-Kbira, Triq San Leopoldu, Misraħ Lażżru, Triq il-Ħaddiema, Misraħ Mattia Preti u Triq P P Saydon sal-knisja.
Nitolbu għal ruħ ta’ Pawlu Farrugia u Philip Farrugia li għaddew għall-ħajja ta’ dejjem matul din il-ġimgħa: Agħtihom, o Mulej.