Inkomplu bil-quddies u tberik fiż-żoni:
Żona 11: It-Tlieta: In-Nigret 7 ta’ Mejju 2024: Quddiesa fis-7.00pm Fil-Ġnien il-Ġibjun
(Triq il-Kunċizzjoni, Triq il-Mitħna, San Mark, Dejqa, Barrieri, Nigret, Madre Tereża Nuzzo, L-Imdawra, Wied Ganu, Wardija, Munqar, Waħx, Franzina. Mitħna tal-Qaret, Xewki, Parit, Misraħ San Ġorġ lejn it-Torri)
Żona 12: Il-Ġimgħa: 10 ta’ Mejju 2024 – Quddiesa fis-7.00pm Fi Triq Fra ĠanMarì Zammit
(Vjal l-Indipendenza minn Triq Bubaqra san-Nigret, Toroq Zacaria Roncalli, Ta’ Ciantar, G.M. Callus, Fra ĠanMarì Zammit, Torri, San Ġorġ Preca, Passju)
Laqgħa għall-Anzjani: Nhar it-Tnejn fid-9.00am . Imexxi l-laqgħa Carmelo Damato. Suġġett: Dimensja.
98 Anniversarju mit-Twaqqid tal-Mużew fiż-Żurrieq
Illum, il-Ħadd 5 ta’ Mejju jaħbat it-98 anniversarju mit-twaqqif tal-Museum fiż-Żurrieq. Nitolbu ‘l Alla għal iktar vokazzjonijiet Museumini mill-parroċċa tagħna u nirringrazzjaw lil Alla ta’ din is-Soċjetà fiż-Żurrieq
Festa San Ġorġ Preca
il-Ħamis 9 ta’ Mejju hija l-festa ta’ San Ġorġ Preca. Ir-Rużarju u l-quddiesa filgħaxija jkunu animati mis-Soċji tal-Museum. Wara l-quddiesa titqassam xi ħaġa tajba lit-tfal preżenti. Għall-quddiesa mistiedna t-tfal flimkien mal-ġenituri tagħhom
Il- Ħamis il-Quddiesa ta’ Filgħaxija tkun offruta għal dawk li mietu f’ April : Karmnu Cachia, Lino Caruana, Kalcidonia Camilleri, Paul Camilleri, Paul Farrugia, Philip Farrugia, Maria Cucciardi, Maria Assunta Abela, Andreana Balzan, Katerina Seisun.
Jum L-Omm -Tiġi ċċelebrata quddiesa fiċ-Ċimiterju ta’ San Leon fit-3.30pm
Nitolbu għal ruħ ta’ Katarina Seisun li għaddiet għall-ħajja ta’ dejjem matul din il-ġimgħa: Agħtihom, o Mulej.