Inkomplu bil-quddies u tberik fiż-żoni:
Żona 13: It-Tlieta: Iċ-Ċentru 14 ta’ Mejju 2024 –ħdejn is-Salib, Triq il-Kbira
(Triq il-Kbira u l-isqaqien tagħha, Misraħ Mattia Preti, Triq il-Ħaddiema minn Mattia Preti sal-Bajjada, Toroq iċ-Ċombini, PP. Saydon, San Nikola, Bizzilla, San Pietru, San Leopoldu, Federiku, Warda, San Ġwann, San Ġorg, San Luqa, Il-Fjuri, L-Inġiniera u Burlanġasa, Sqaq San Lawrenz u L-Imdawwar Ta’ Ciantar).
Żona 14: Il-Ġimgħa: Ta’ Ciantar 17 ta’ Mejju 2024
(Triq San Mikiel bl-isqaqien tagħha, Toroq Don Carlo DeGiovanni Inglott, Filippu Farrugia, Donato del Piano, Alpheran, Sindku, Ġorġ Sammut, Ġwanni Saliba, Borgo Maggiore, GM Callus, Ta’ Ciantar, Gregorio Durante, Espedito Deguara, Girna).
Il-Quddies f’dawn iż-żoni tiġi ċċelebrata fis-7.00pm. Min ma setax jingħaqad fiż-żona tiegħu, hu mitlub li jingħaqad f’waħda minn dawn iż-żewġ żoni. Dawn huma l-aħħar żewġ żoni minn din l-iskema tat-tberik għal din is-sena.
Nhar l-Erbgħa huwa l-aħħar Erbgħa tal-Madonna tal-Karmnu. Fis-6.00pm jitkanta l-għasar, fis-6.30pm quddiesa bil-prietka u wara kurunella fuq l-altar tal-Madonna tal-Karmnu, jitkanta t-Te Deum u tingħata l-Barka Sagramentali. Il-quddiesa se tkun animata mill-Banda Queen Victoria.
Laqgħat:
- Padre Pio, nhar it-Tnejn fil-5.30pm fil-kappella ta’ San Ġakbu.
- Ta’ talb ta’ talb, nhar l-Erbgħa fis-6.30pm, fil-Knisja ta’ Bubaqra.
- Ta’ Formazzjoni għall-Fratelli, nhar il- Ġimgħa fis-7.00pm fil-Knisja ta’ San Bert.
Illum, Jum L-Omm –Tiġi ċċelebrata quddiesa fiċ-Ċimiterju ta’ San Leon fit-3.30pm.
Proġett Siġġijiet Ġodda fil-Knisja Arċipretali
Ilna nisimgħu ilmenti fuq li l-bankijiet mhumiex komdi, b’qisin differenti, li xi wħud zlugati , għaldaqstant ħsibna li nibdluhom f’siġġijiet pulti u sodi bħalma qiegħed isir f’diversi parroċċi f’ Malta u Għawdex. Kull siġġu se jiġi jiswa 250 euro. Sibna benefattur li lest jerfa’ parti sew mill-ispiza. Jekk hemm xi ħadd li lest li jgħin, billi jisponsorja xi siġġu hu mitlub li javviċċina lil Arċipriet.
Nitolbu għal ruħ ta’ Giuzeppe Aquilina u Katarina Cutajar li għadda għall-ħajja ta’ dejjem matul din il-ġimgħa: Agħtih o Mulej.