Avviżi tal-Parroċċa – 9 ta’ Gunju 2024

Mons. Dun Karm Camilleri – 50 Sena Saċerdot

Infakkru fil-Quddiesa Solenni ta’ Radd il-Ħajr li ser jiċċelebra Dun Karm Camilleri fl-okkażjoni tal-50 Anniversarju mill-Ordinazzjoni Saċerdotali tiegħu, illum il-Ħadd fis-6.00pm. Kulħadd hu mistieden. Flok rigali tista’ tingħata offerta lill-Arċipriet għad-Dar tal-Providenza. Wara I-Quddiesa kulħadd huwa mistieden biex inkomplu naqsmu l-ferħ tagħna flimkien waqt riċeviment fil-bitħa tal-Oratorju.

Polza reffiegħa tal-Vara tal-Madonna tal-Karmnu

Nhar il-Ġimgħa li ġej, fis-6.00pm fl-oratorju membru minn kull grupp hu mistenni li jkun preżenti.

Konsulta Fratellanza ta’ Santu Rokku

Nhar il-Ġimgħa fis-7.00pm fl-oratorju. Fratelli huma mistennija li jattendu.

Pellegrinaġġ

Marbut mall-Festa tal- Madonna tal- Karmnu nhar it-Tlieta 18 ta’ Ġunju fil- knisja tal-Madonna ta’ Loretu fil-Gudja. Trasport minn ħdejn il-venda fis-6.00pm. Min hu interessat ikellem lil xi membru tal-fratellanza sa nhar il- Ġimgħa.

Proġett Siġġijiet Ġodda fil-Knisja Arċipretali

Nixtiequ nirringrazzjaw lil dawk li qed jikkontribwixxu fil-proġett  tas-siġġijiet ġodda għall-Knisja Arċipretali.  Il-flus li nġabru matul din il-ġimgħa jammontaw għal 4,110 euro. Nirringrazzjawkom. Min jixtieq jgħin f’dan il-proġett  billi jisponsorja xi siġġu u jew jagħti xi donazzjoni  hu mitlub li javviċina lill-Arċipriet.

Nitolbu għar-ruħ ta’ Carmelo Camilleri   li għadda  għall-ħajja ta’ dejjem matul din il-ġimgħa: Agħtih o Mulej.

Comments are closed.