Avviżi tal-Parroċċa – 7 ta’ Lulju 2024

Fr Nicholas Dimech

Nhar it-Tnejn se jibda l-ħidma tiegħu fostna Fr Nicholas Dimech bħala rettur tal-Kappella tan- Nigret. Tajjeb li nilqgħuh fostna u nitolbu għalih.

Quddiesa

Nhar il-Ħamis il-quddiesa ta’ filgħaxija se tkun b’suffraġju ta’ ħutna li mietu matul ix-xahar ta’ Ġunju.

Quddiesa fl-okkazjoni tal-Bidu tal-ħidma tal-Kunsill Lokali il-Ġdid

Nhar is-Sibt fis-6.30pm fil-knisja arċipretali.

Bidu tal- Festa tal-Madonna tal-Karmnu

Nhar il-Ħadd li ġej nagħtu bidu għall-festa tal-Madonna tal-Karmnu bil-ħruġ tal-Vara tal-Madonna min-niċċa, f’nofsinhar. Filgħaxiija se tiġi organizzata quddiesa li fiha huma mistennija li jattendu  dawk kollha li se jkunu involuti fil-Festa tal-Madonna tal-Karmnu.

Navżaw li, il-Ġimgħa 19 ta’ Lulju , se ssir il-quddiesa għall-Morda u Anzjani Żrieraq  fl-10.00am. Qraba ta’ anzjani li jridu jġibuhom għall-quddiesa minn SVPR iridu jieħdu ħsieb huma.

Proġett Siġġijiet Ġodda fil-Knisja Arċipretali

Nixtiequ nirringrazzjaw lil dawk li qed jikkontribwixxu fil-proġett tas-siġġijiet ġodda għall-Knisja Arċipretali.  Il-flus li nġabru matul din il-ġimgħa jammontaw għal 1,280 euro.  Nirringrazzjawkom. Min jixtieq jgħin f’dan il-proġett mitlub li javviċina lill-Arċipriet.

Nitolbu għar-ruħ ta’ Gaejtano Chetcuti,  li għadda  għall-ħajja ta’ dejjem matul din il-ġimgħa: Agħtih  o Mulej.


Illum il-Ġabra Speċjali b’risq il-Proġetti Kapitali li huma ppjanati li jsiru fil-parroċċa tagħna. Inkunu Ġeneruzi .

Comments are closed.