Nhar il-Ġimgħa hija l-ewwel Ġimgħa tax-xahar: fil-knisja arċipretali, qabel l-quddiesa ta’ filgħaxija, jsir ħin ta’ adorazzjoni.
L-Arbural għall-Festa ta’Santa Katarina
Navżaw li l-albural għall-festa ta’ Santa Katarina għal din is-sena huwa miftuħ u kulħadd hu mistieden biex jagħmel l-offerta tiegħu fl-uffiċċju parrokkjali. L-albural huwa sors importanti ħafna biex ikollna festa titulari xierqa.
Pellegrinaġġ
Nhar il-Ġimgħa, is-Sotto Kumitat Nisa fi ħdan is-Soċjeta’ Mużikali Santa Katarina ser jorganizza Pellegrinaġġ Devozzjonali ta’ qabel il-Festa. Ser isir fil-Knisja Arċipretali ta’ Ħaż-Żebbuġ fejn issir Quddiesa. Min hu interessat jista’ javviċina lil xi membru tas-Sotto Kumitat Nisa.
Proġetti
Nixtiequ nirringrazzjaw lil dawk li qed jikkontribwixxu fil-proġett tas-siġġijiet ġodda għall-Knisja Arċipretali. Il-flus li nġabru matul dawn il-ġranet jammontaw għal 1,400 euro. Min dawn kien hemm 750 euro li ġew prezentati mit-Tim tal-fundraising tal-parroċċa. Nirringrazzjawkom. It-target tagħna li parti minn dan il-proġett jinġabar mill-parruċċani kważi ilħanieħ.
Għas-Sistema tal- Kameras kien hemm donazzjoni ta 1,000 euro mill-fratellanza tal-Madonna tal-Karmnu.
Infakkru li barra dan il- proġett hemm proġetti oħra , li jitwettqu skont il- fondi li jkollna.
Nitolbu għal ħutna mill-parroċċa li għaddew għall-ħajja ta’ dejjem din il-ġimgħa: Guzeppa Falzon u Polly Portelli: Agħtihom, o Mulej, …