Avviżi tal-Parroċċa – 18 ta’ Awwissu 2024

Nhar il-Ħadd, nagħtu bidu għall-festa titulari ta’ Santa Katarina V.M., Patruna tal-parroċċa tagħna:

Fil-5.30 pm, Għasar kantat u fis-6.00 pm, Quddiesa mill-Kan. Dun Karm Busuttil. Din il-quddiesa tkun b’ringrazzjament fl-okkażjoni tal-anniversarju mit-twaqqif tal-Kor Parrokkjali minn Dun Mikiel d’Amato u il-festa ta’ Santa Klementina martri.

Imbagħad, fis-7.00 pm, kelmtejn mill-Arċipriet, kurunella u ħruġ solenni tal-vara ta’ Santa Katarina min-niċċa biex titqiegħed fil-knisja għall-qima tagħna.  Il-Kor Parrokkjali Cantate Domino jkanta l-Innu, l-Antifona u l-Innu Popolari. Imbagħad, issir it-talba tal-litanija lil Santa Katarina, Ċelebrazzjoni Ewkaristika u bews tar-relikwija.

Lejn it-Tmiem taċ-ċelebrazzjoni se jiġi  nawgurat r-restawr  tal-Pittura ta’ Franċisku Zahra  – Trasport tal-Ġisem ta’ Santa Katarina ta’ Lixandra lejn il-Muntanja Sinaj. Ir-Restwar sar minn Amy Sciberras. Dan il- Proġett kien parzjalment sponsorjat minn GALXLOKK.

Il-programm tal-festa ta’ Santa Katarina

Fejn il-bibien ta’ barra wieħed għandu jsib il-programm tal-festa ta’ Santa Katarina għal din is-sena. Nerġgħu infakkru fl-arbural u  fil-lotterija li qed issir b’risq il-festa .

Kliem il-Ħajja

Infakkru lid-distributuri ta’ Kliem il-Ħajja biex jieħdu l-kopji ta’ Settembru – Diċembru mis-Sagristija.

Proġett Siġġijiet: Nixtiequ nirringrazzjaw lil dawk li qed jikkontribwixxu fil-proġett tas-siġġijiet ġodda għall-Knisja Arċipretali.  Il-flus li nġabru matul din il-ġimgħa jammontaw għall-2,000 euro. Is-Siġġijiet inġabru kollha. Li fadal issa hu il- ġinokjaturi ta’ fuq quddiem biex b’hekk dan il-proġett jingħalaq b’mod pulit. Ħajr kbira lil beneffatturi kollha.

Nitolbu għal ħutna mill-parroċċa li għaddew għall-ħajja ta’ dejjem din il-ġimgħa: : Nazzareno Schembri; Emanuel Caruana u Gianna Dalli u  Cikku Vassallo Agħtihom, o Mulej.

Illum qed issir il-ġabra speċjali għall-festa ta’ ġewwa ta’ Santa Katarina. Nirringrazzjawkom bil-quddiem għall-ġenerożità tagħkom.

Comments are closed.