Avviżi tal-Parroċċa – 28 ta’ Settembru 2024

Xahar iddedikat għat-talba tar-Rużarju

It-Tlieta, jibda x-xahar ta’ Ottubru, xahar iddedikat għat-talba tar-Rużarju. Inħeġġu biex din it-talba tingħad fil-familji tagħna. Fil-knisja arċipretali, ir-rużarju jingħad filgħodu, qabel il-quddiesa tas-6.00 u wara l-quddiesa tat-7.45; filgħaxija, fis-6.00 pm jingħad quddiem Ġesu Sagramentat espost. Barra minn hekk, ir-rużarju jingħad ukoll fil-kappella ta’ San Ġakbu fit-3.00 pm kuljum mill-Fratellanza tal-Madonna tar-Rużarju.

Laqgħat:

  • Azzjoni Kattolika: Jerġgħu jibdew il-laqgħat tan-nisa tal-Azzjoni Kattolika; ikomplu jsiru kull nhar ta Tlieta, fl-Oratorju fid-9.00am u jmexxihom Noel Camilleri D’Amato
  • Laqgħa għat-Terzjarji u devoti tal-Madonna tal-Karmnu: Tlieta fl-4.00pm.
  • Laqgħa ta’ talb: Nhar l-Erbgħa fis-6.45 pm, fil-kappella ta’ Bubaqra.
  • Attivita organizzata  għat-Tfal l-ġenituri li jattendu il-Katekizmu fin- Nigret se tkun organizzata nhar s-Sibt bl- isem Jesus Fest fil- bitħa tas-Sorijiet.
  • Nhar il-Ġimgħa hija l-ewwel Ġimgħa tax-xahar.

IL-Ħadd il-quddiesa tad-9.30am tad-Toddlers + se tinkludi it-Tberik tal-Annimali marbuta mall-Festa ta’ San Franġisk, għalhekk il-quddiesa se ssir fuq iz-Zuntier, jekk it-temp jippermetti.

Proġett marbut mad-Dar Parrokkjali

 Il-Parroċċa daħlet applikazzjoni għal-permess mal-Awtorita’ tal-Ippjanar, għal-kumpless tad-Dar Parrokkjali. L-applikazzjoni tkopri r-restawr tal-faċċati u tat-Torri Puniku, u l-ftuh ta’ partijiet mid-dar u l-ġnien għall-pubbliku. Hu ppjanat li tinħoloq attrazzjoni turistika, fejn vizitaturi jkunu jistgħu igawdu aħjar il-patrimonju tal-parroċċa taghna. Dan il-proggett ambizzjuz jiddependi minn fondi Ewropej, li ghalihom diga’ saret applikazzjoni permezz tal-Kurja.

Il-grupp tal-fund raising tal-parroċċa se jorganizza Kikra kafe’ jew Tazze te’, li tinkludi it-tombla nhar s-Sibt li ġej fit-3.30pmfil-bitħa tal-Oratorju. Tinkitbu tis-Sagristija.

Nitolbu għal ruħ Guzeppi Farrugia għadda għall-ħajja ta’ dejjem matul din il-ġimgħa: Agħtiha, o Mulej, …

Comments are closed.