Laqgħat għall-Addolloxxenti li se jirċievu il-Griżma
Matul din il-Ġimgħa l-Adollexxenti li se jirċievu l-Griżma tal-Isqof f’Novembru, se jkollhom il-laqgħat personali mall-Arċirpiet fil-Mużew tal-Bniet u tas-Subien rispettivament. Min għadu ma nagħatax ġurnata u ħin, importanti li jkellem lis-Superju jew Superjura.
Anniversarju Konsagrazzjoni tal-Knisja Arċipretali
Nhar il-Ħadd li ġej niċċelebraw l-Anniversarju tal-Knisja Arċipretali. Fl-intenzjoni tagħna matul din il-ġimgħa niftakru f’missirijietna li ħallewlna dan il-patrimonju tant għal qalbna. Pero il- Knisja mhux il-bini biss, iżda hija aħna li niffurmaw din il- kommunita’. Għalhekk qed nagħmlu sejħa għal dawk li jixtiequ jagħtu sehemhom dirett fil- parroċċa f’xi qasam jew ieħor, importanti jkellmu lill- Arċipriet.
Celebrazzjoni lejlet il-Festa tal-Qaddisin Kollha – TFAL, ANGLI U QADDISIN
Nhar il 31 ta’ Ottubru , propju lejlet il- Festa tal-Qaddisin kollha, il- parroċċa flimkien mall- familji li jorganizzaw Zurrieq Halloween se ntellgħu attivita għat-tfal u l-familji bit-tema – TFAL, ANGLI U QADDISIN. Minn naħa tal parroċċa se norganizzaw Quddiesa kkordinata mis-socjeta tal-Muzew Subien u Bniet fi Triq Fra Gammari Zammit. It tfal huma mħeggin jilbsu kuluri ċari, ta’ qaddsin jew ta’ anġli. L-attivita’ u l-quddiesa se jibdew fil 5.30pm sas 6.30pm . Wara se jkun hemm diversi attivitajiet u logħob addattati għat-tfal. Id-dħul għall-area tal- logħob wara il-quddies se jkun ta’ donazzjoni ta’ 2 euro li se jmorru għall-Puttinu Cares.
Taize meeting
Nhar il-ġimgħa se jerġgħu jibdew il-laqgħat stil Taize fil- Kappella ta’ San Ġakbu fis-7.00pm Kulħadd hu mistiden li jingħaqad għall dan il-mument ta’ talb.
______________________________________________________________
Illum, il-Ħadd, qed nniċċelebraw il-ĠURNATA MISSJUNARJA: matul din il-ġimgħa nitolbu biex l-aħbar it-tajba tal-Evanġelju tasal għand il-bnedmin kollha. Il-ġbir li se jsir fil-weekend li ġej se jkun offerta b’risq il-missjonijiet. . L-offerti tagħna jmorru għal diversi ħidmiet fl-artijiet tal-missjoni, li jinkludu x-xandir tal-Evanġelju, il-formazzjoni tas-seminaristi u katekisti, il-bini ta’ sptarijiet u skejjel u għajnuna lill-familji foqra.