Avviżi tal-Parroċċa – 1 ta’ Deċembru 2024

Il-Fratellanza tas-Santissmu Sagrament u l-Qalb ta Ġesu ser tfakkar gheluq l-20 sena mill-mewt ta’ Dun Salv Farrugia kif ukoll tiftaħ l-anniversarju tal-450 sena mit-twaqqif tal-istess Fratellanza b’permezz ta’ quddiesa li ser issir il-lejla (Ħadd) fis-6:30pm ġewwa l-Knisja ta’ Bubaqra.

Festa tal-Kunċizzjoni – 8 ta’ Diċembru  , fil-kappella  tan-Nigret, tkompli n-novena: filgħodu, qabel il-quddiesa jingħadu r-rużarju u l-kurunella u fil-5.00pm jingħad ir-rużarju. IL- Ħadd, jum il-Festa:  fil-5.30pm jingħad ir-rużarju u fis-6.00pm, quddiesa kantata bil-prietka minn Dun Mario Mangion

Il-Kummissjoni Djakonija se torganniza attivita’ “Ngħidu Kelma Flimkien” għall-persuni li jgħixu waħedhom, nhar it-13 ta’ Diċembru. Din l-attivita ser titella’  fir-residenza tal-Arċipriet fil-5.30pm. Ma jonqosx li nieħdu xi ħaġa flimkien. Din l-attivita hi miftuħa kemm għall-irġiel kif ukoll għan-nisa. Min hu interessat importanti li jħalli ismu fis-Sagristija jew mall-Arċipriet.

Laqgħat:

  • ghall-anzjani , nhar it- tnejn li ġej fit-8.30am fl- Oratorju
  • għat-Terzjarji Karmelitani, nhar it-Tlieta fl-4.00pm
  • ta’ Talb fil-Knisja ta’ Bubaqra , nghar l-Erbgħa  fis-6.30pm

Progett Siggijiet

Is-siġġijiet tal-Knisja ser jaslu nhar il-Ġimgħa filgħodu. Għallhekk f’dawn il-ġranet se nippreparaw il-knisja billi jitneħħew il-bankijiet. Nofs il-bankijiet se jinżammu mill-parroċċa u se jitqedu fis-Sala ta’ taħt l-oratorju u fill-kappelli fejn hemm bżonn,  filwaqt li nofs l-ieħor se jingħataw lill-Parroċċa tas-Swatar. Ser ikollna bżonn l-għajnuna ta’ xi whud minnkom biex iniżżlu il-bankijiet fis-sala t’isfel. Għalhekk min lest li jgħin javviċina lill-Arċipriet. Il-Ħamis u il- ġimgħa se jsir it-tindif tal-Knisja. Il- Voluntirera li diġa offrew li jgħinu fit-tindif  huma mitluba li jiġu. Niskuzaw ruħna jekk se jkollna ftit inkonvenjent pero konvint li wieħed jifhem.

Pedestall Santu Rokku: Ir-Rettur tal-Fratellanza ta’ Santu Rokku javża li ser issir restawr fuq il- pedestall. Kull min jixtieq jagħti xi donazzjoni għal dan il- proġett hu mitlub li javviċina lir-Rettur, lill-Arċipriet u jew lis-Sagristan. Importanti li tingħata rċevuta.

Gurnata Sqallija : Dawk li ġejjin sqallijja nhar l-Erbgħa , niltaqgħu fit-3.00am ħdejn il-venda.

NItolbu għal ħutna  Rosaria Ellul u  Carmela Grima mill-parroċċa tagħna li għaddew għall-ħajja ta’ dejjem  Agħtiha o Mulej.

Comments are closed.