Stands Ġodda: Qed ninawguraw stands ġodda fejn wieħed jista’ jesprimi d-devozzjoni tiegħu lejn Santa Katarina u jew lejn Ommna Marija tad-Duluri. Meta wieħed jitfa’ l-offerta tiegħu, tinxtegħel xemgħa. Dawn iz-zewġt stands jikkomplementaw il-proġett tas-Siġġijiet. Fuq quddiem, imbagħad, ħdejn il-presbiterju wieħed issib ukoll kaxxa fejn fija wieħed/a jista jitfa’ offerta f’envelop skont ix-xewqa tiegħu/tagħha.
Milied
Nhar it-Tnejn l-aħħar jum tan-Novena. Mill-4.30pm ‘il quddiem se jkun hawn saċerdot barrani għall-qrar.
It-Tlieta huwa Lejliet il-Milied: Fis-5.30pm, tibda l-purċissjoni tal-Bambin mill-MUSEUM tas-Subien; tasal fil-knisja għas-6.45 pm fejn isiru qari ta’ poeziji u kant ta’ għanjiet tal-Milied u jittellgħu rigali għal dawk preżenti.
Fil-Knisja Parrokkjali, fil-10.45 pm, jibda r-recital ta’ lejliet Milied imtella’ mill- Muzew tal-Bniet; fil-11.45 ssir it-translazzjoni bil-Bambin, il-priedka mit-tfal u l-konċelebrazzjoni solenni tal-Lejl tal-Milied. Fil-knisja tan-Nigret: fid-9.00 pm ssir ir-reċta tal-Milied mit-tfal u fl-10.00 pm l-quddiesa tal-Lejl tal-Milied.Fil- knisja ta’ Bubaqra: fit-8.00 pm jibda programm ta’ għanjiet tal-Milied, pageant u l-prietka tat-tfal; fl-10.00 pm issir il-quddiesa tal-Lejl tal-Milied.
L-Erbgħa hija l-Festa Solenni tal-Milied: Il-ħin tal-quddies ikun bħal nhar ta’ Ħadd.
Bejgħ ta’ Christmas logs u ħelu marbut mall-Millied: llum (Għada) il-Ħadd, iż-żgħażagħ tal-Youthfusion se jkunu fuq iz-zuntier ibiegħu Christmas logs u ħelu marbut mall-Millied.
Lotterija: It-tim tal-fundraising qed jorganizza lotterija b’ risq proġetti tal-parroċċa. Ikona moderna tan-Natività.
Attivita’ “MINN QALB IŻ-ŻRIERAQ”: Infakkru fl-attività MINN QALB IŻ-ŻRIERAQ li qed issir bħalissa f’Misraħ ir-Repubblika mill-Għaqda Karmelitana Banda Queen Victoria b’risq id-Dar tal- Providenza. Inħeġġu lil kulħadd biex ngħinu bid-donazzjoni tagħna.
Infakkru wkoll li, il-Ħadd filgħodu, se jsir l-għoti tad-demm ħdejn il-Kunsill Lokali mis-8.30 am sas-1.00 pm
Ikla fid-day Centre nhar it-28 ta’ Dicembru għar-romol jew dawk li jgħixu waħedhom Iktar infiormazzjoni mill-Kunsill Lokali.
Nitolbu għal ħutna: Paul Bugeja u Michael Abela mill-parroċċa tagħna li għaddew għall-ħajja ta’ dejjem Agħtihom o Mulej.