Żebgħa tal-Knisja Arċipretali.
Beda x-xogħol ta’ żebgħa fil-parti t’isfel tal-Knisja Arċipretali. Il-ħtieġa li dan issir ilu jinħass u kien wasal iż-żmien li nniedu dan il-proġett. L-istima tax-xogħol hi ta 27,000 euro barra i`-`zebg]a u l-materjal. Għaldaqstant napprezzaw ħafna il-ġenerożita tagħkom.
ZAK Żurrieq
Ser isir Open Weekend is-Sibt 25 ta’ Jannar u l -Hadd 26 ta’ Jannar fiz-ZAK ZURRIEQ, li jinsab fi triq San Mikiel. Is-Sibt 25 ta Jannar, filghaxija ser jigi inawgurat il-ftuh mill-gdid taċ-ċentru.Il-pubbliku mistieden mis-6:00pm il-quddiem. l-Ghada l-Ħadd ser ikun miftuh mid-9:00am sa 12:00pm. Zak Zurrieq jixtieq jinforma liż-żagħżagħ li ser jagħlqu sittax il sena din is sena u zgħażagħ oħrajn sa għoxrin sena li jixtieq jibdew jattendu, jmorru c-centru u jħallu d-dettalji.
Quddiesa ta’ Ringrazzjament
Sotto kumitat tal-armar tas-Soċjeta Musikali Santa Katarina ser jorganizzaw quddiesa ta’ ringrazzjament fl-okkazzjoni tal-25 sena mit-twaqqif tiegħu, nhar is-Sibt li ġej fis-6.00pm fil-Knisja Arċipretali.
Tberik tal-Annimali
Il- Kunsill lokali ser jorganizza it-tberik tal-Annimali, nhar il-Ħadd li ġej quddiem il- Knijsa ta’ bubaqra wara il-quddiesa tat-8.00am.
Nitolbu Għal ħutna: Alfred Ellul u Frans Cassar li għaddew għall-ħajja ta’ dejjem matul din il-ġimgħa.