Parrocca Rabat (2)

Avviżi tal-Ħadd

28 ta’ Jannar 2024

2 ta’ Frar 2024 – Festa tal-Preżentazzjoni tal-Mulej

Fil-festa tal-Preżentazzjoni tal-Mulej, it-tfal li din is-sena se jagħmlu l-Ewwel Tqarbina se jiġu ppreżentati f’ċelebrazzjoni li se tibda mill-kappella ta’ San Ġakbu sal-knisja Arċipretali.

Il-ġenituri flimkien mat-tfal għandhom jiltaqgħu fil-5.15pm ħdejn il-kappella ta’ San Ġakbu, imbagħad it-tfal bix-xemgħa mixgħula f’idejhom ser jimxu proċessjonalment lejn il-knisja Arċipretali. Fiċ-ċelebrazzjoni t-tfal se jkunu  ppreżentati lil Alla u jagħmlu t-talba formali li jixtiequ jirċievu lil Ġesù Ewkaristija.  Din iċ-ċelebrazzjoni qed tkun ikkordinata mis-Soċjetà tal-Museum. ( F’kaz ta’ maltemp isir kollox ġol Knisja Arċipretali)

 

Quddiesa Fil- Kappella ta’ Sant Agatha Fl-okkazzjoni marbuta mal-Festa ta’ Santa Agatha, se tiġi ċċelebrata quddiesa fil-Kappella tagħha nhar il- Ħadd,4  ta’ Frar, li ġej fit 3.30pm

 

Applikazzjonijiet online għad-dħul fl-iskejjel tal-knisja

Ħarġu l- applikazzjonijiet online għad-dħul fl-iskejjel tal-knisja  mill -1 sad- 29 ta’ frar. aktar informazzjoni fuq in-notice board u l-website www.knisja.mt

 

Nitolbu Għal ħutna li għaddew għall-ħajja ta’ dejjem: Grace Bugeja , Giovanna Inguanez. Agħtihom o Mulej……

Parrocca Rabat (2)

Avviżi tal-Ħadd

31 ta’ Diċembru 2023

 

IL-Ħadd huwa l-aħħar tas-sena: Fil- 5.00pm Ġesu se jkun espost għall-adorazzjoni tagħna, fis- 6.00pm quddiesa wara jitkanta t-Te Deum u tingħata il-Barka Sagramentali.

  • Fil-kappella tan-Nigret ikun hemm quddiesa u Te Deum fil-5.30 pm.
  • Fil-kappella ta’ Bubaqra ikun hemm ukoll quddiesa u Te Deum fis-6.30 pm.

It-Tnejn l-Ewwel tas-sena u Jum il-Paċi, il-quddies kollu jkun bħal dak ta’ nhar ta’ Ħadd.

Festa ta’ Ġenerożità b’risq id-Dar tal-Providenza

l-Ewwel tas-Sena, tiġi ċċelebrata Festa ta’ Ġenerożità b’risq id-Dar tal-Providenza; dak inhar ikun hemm Open Day u ġbir ta’ fondi għal din id-Dar li tagħti ħafna mħabba u kenn lil persuni b’diżabilità u li tiddependi mill-Providenza u mill-imħabba tagħna. Il-ġbir li se jsir lejlet u fl-Ewwel tas-Sena se jkun bħala offerta għall-istess skop.

 

Il-Moviment ta’ Kana qed jorganizzaw żewġ quddisiet ikkonċelebrati minn Mons. Arcisqof Charles J. Scicluna fil-Konkatidral ta’ San Gwann, il-Belt Valletta fil-5.30pm, waħda:

  • għall-koppji li zzewġu matul is-Sena 2023 – ha ssir is-Sibt, 06 ta’ Jannar.
  • U l-oħra għal dawk li ħa jiżżewġu matul is-Sena 2024 u ħa ssir is-Sibt, 13 ta’ Jannar

Laqgħa ta’ Talb  – Fil- Knisja ta’ Bubaqra, nhar L-Erbgħa fis-6.30pm

Nitolbu għall-ġenituri  li t-tarbija tagħhom Elisa Farrugia  għaddiet għall-ħajja ta’ dejjem matul din il-ġimgħa. Għalhekk ngħidu s-Sliema.

L-Arċipriet flimkien mas-saċerdoti tal-parroċċa jawguraw is-Sena it-Tajba liż-Żrieraq kollha.

Parrocca Rabat (2)

Avviżi tal-Ħadd

24 ta’ Diċembru 2023

Lejlet il- Milied

Fis-5.45 pm, tibda l-purċissjoni tal-Bambin mill-MUSEUM tas-Subien; tasal fil-knisja għas-6.45 pm fejn isir Program qasir u jittellgħu rigali għal dawk preżenti.

Fil-knisja parrokkjali, fil-10.45 pm, jibda r-recital ta’ lejliet Milied; f’nofs il-lejl issir it-translazzjoni bil-Bambin, il-priedka mit-tfal u l-konċelebrazzjoni solenni tal-Lejl tal-Milied.

Fil-knisja tan-Nigret: fid-9.00 pm ssir programm qasir u fl-10.00 pm l-quddiesa tal-Lejl tal-Milied.

Fil-knisja ta’ Bubaqra: fit-8.00 pm jibda programm ta’ għanjiet tal-Milied, pageant u l-prietka tat-tfal; fl-10.00 pm issir il-quddiesa tal-Lejl tal-Milied.

It-Tnejn hija l-Festa Solenni tal-Milied: Il-ħin tal-quddies ikun bħal nhar ta’ Ħadd.

 

Fr Anton D’Amato se jibda’ uffiċċjalment l-ħidma tiegħu bħala Kappillan ta’ Ħal-Għaxaq, nhar is-Sibt 30 ta’ Diċembru fis6.00pm. Filwaqt li nifirħulu, nitolbu għalih.

 

IL-Ħadd huwa l-aħħar tas-sena: Wara l-quddiesa tas-6.00 pm isir il-kant tat-Te Deum.

  • Fil-kappella tan-Nigret ikun hemm quddiesa u Te Deum fil-5.30 pm.
  • Fil-kappella ta’ Bubaqra ikun hemm ukoll quddiesa u Te Deum fis-6.30 pm.

 

Nhar is-Sibt Mill-4.30 pm ‘il quddiem ikun hawn saċerdoti għall-qrar.

 

It-Tnejn l-Ewwel tas-sena u Jum il-Paċi, il-quddies kollu jkun bħal dak ta’ nhar ta’ Ħadd.

 

Festa ta’ Ġenerożità b’risq id-Dar tal-Providenza: l-Ewwel tas-Sena, tiġi ċċelebrata Festa ta’ Ġenerożità b’risq id-Dar tal-Providenza; dak inhar ikun hemm Open Day u ġbir ta’ fondi għal din id-Dar li tagħti ħafna mħabba u kenn lil persuni b’diżabilità u li tiddependi mill-Providenza u mill-imħabba tagħna. Il-ġbir li se jsir lejlet u fl-Ewwel tas-Sena se jkun bħala offerta għall-istess skop.

 

Infakkru li il-Wirja ta’ Presepji fil-Kappella ta’ Sant’ Andrija,(tax-Xarolla).tkun miftuħa mill-5 u nofs sas-7 u nofs. Sa nhar l-Erbgħa

 

Nitolbu għal  Carmel Camilleri li għadda għall-ħajja ta’ dejjem matul din il-ġimgħa: Agħtiha, o Mulej, …

L-Arċipriet flimkien mas-saċerdoti tal-parroċċa jawguraw Milied ħieni liż-Żrieraq kollha.

Parrocca Rabat (2)

Avviżi tal-Ħadd

17 ta’ Diċembru 2023

Novena tal- Milied : Nkomplu bin-novena tal-Milied. Infakkru li għal matul in-Novena fil-Knisja Arċipretali, ħdejn l-artal hawn qfief fejn jistgħu jitpoġġew oġġetti ta’ ikel biex jitqassmu lill-familji fil-bżonn tal-parroċċa.

LOOP Djakonija Parroċċi  li tqassam diversi ikliet b’xejn matul is-sena madwar malta kollha qed tniedi kampanja ġbir ta’ fondi  biex inkunu nistgħu nsostnu din l-inizzjattiva’. Min hu interessat li jgħin hu mitlub li jiġbor envolop minn ħdejn il-bieb ta’ barra.

Cake Sale u ħelu tal-Milied: Organizzat mit-Tim tal- Fundraising, Youthfusion u l-Grupp tal-Abbatini b’risq id-dar tal-Providenza u xi gruppi oħra. Fuq iz-Zuntier tal-Knisja.

It-tim tal-fundraising qed jorganizza lotterija b’ risq proġetti tal-parroċċa. Statwa tan-Natività fiċ-ċeramika.   

Is-Sibt mill-4.30pm se jkun hawn Sacerdot Barrani għall-qrar.

Il-Ħadd huwa Lejliet il-Milied:

  • Fis-5.45 pm, tibda l-purċissjoni tal-Bambin mill-MUSEUM tas-Subien; tasal fil-knisja għas-6.45 pm fejn isir Program qasir u jittellgħu rigali għal dawk preżenti.
  • Fil-knisja parrokkjali, fil-10.45 pm, jibda r-recital ta’ lejliet Milied; f’nofs il-lejl issir it-translazzjoni bil-Bambin, il-priedka mit-tfal u l-konċelebrazzjoni solenni tal-Lejl tal-Milied.
  • Fil-knisja tan-Nigret: fid-9.00 pm ssir programm qasir u fl-10.00 pm l-quddiesa tal-Lejl tal-Milied.
  • Fil-knisja ta’ Bubaqra: fit-8.00 pm jibda programm ta’ għanjiet tal-Milied, pageant u l-prietka tat-tfal; fl-10.00 pm issir il-quddiesa tal-Lejl tal-Milied.

It-Tnejn hija l-Festa Solenni tal-Milied: Il-ħin tal-quddies ikun bħal nhar ta’ Ħadd.

Wirja ta’ Presepji fil-Kappella ta’ Sant’ Andrija,(tax-Xarolla).tkun miftuħa mill-5 u nofs sas-7 u nofs.

Infakkru fil-Maratona ġbir ta’ fondi ‘Minn Qalb iż-Żrieraq’ għall-Fondazzjoni Step Up for Parkinson’s.   taħt it-tinda, organizzata mill-Għaqda Karmelitana Banda Queen Victoria.

Doninu Malta  qed jistiednu lill-Anzjani u residenti li jgħixu waħedhom għall- ikla ta’ nofsinhar, nhar il-Ħadd fiċ-Ċentru tal-Anzjanita’ attiva. Bla Ħlas. Min hu interessat ikellem lis-Sindku Rita Grima.

Mobile Blood Donation Unit:  ħdejn il-Kunsill Lokali.( illum il-Ħadd filgħodu)

 

Nitolbu għal Nina cassar u Helen D’Amato  li għaddew għall-ħajja ta’ dejjem matul din il-ġimgħa: Agħtihom, o Mulej, …

Parrocca Rabat (2)

Avviżi tal-Ħadd

Avviżi tal-parroċċa

3 ta’ Diċembru 2023

 

Infakkru fil-MIXJA FAVUR IL-ĦAJJA: Illum, il- Ħadd fit-3 p.m. u titlaq minn Pjazza Kastilja, il-Belt Valletta, u titkompla b’serata għall-familja sas-6 p.m. Kelliema speċjali se tkun Patricia Sandoval, li għandha esperjenza personali qawwija ħafna x’taqsam ma’ min għandu għal qalbu l-protezzjoni tal-ħajja.

 

Festa tal-Kunċizzjoni – 8 ta’ Diċembru

  • matul il-ġimgħa, fil-kappella tan-Nigret, tkompli n-novena: filgħodu, qabel il-quddiesa jingħadu r-rużarju u l-kurunella u fil-5.00pm jingħad ir-rużarju.
  • Il-Ħamis, lejliet il-Festa: fl-4.30pm: ħin għall-Qrar, fil-5.30pm Ruzarju u 6.00pm Quddiesa kantata bil-prietka minn Fr. Jonathan Debattista.
  • Il-Ġimgħa, jum il-Festa: fil-5.30pm jingħad ir-rużarju u fis-6.00pm, quddiesa kantata bil-prietka minn Fr. Eric Cachia (Salezjan)

 

Laqgħat

  • Għall-Anzjani Nhar it- Tnejn fid-9.00am. Jmexxi il-Laqgħa Fr Dillon Bugeja.
  • Tat-Terzjarji Karmelitani – Nhar it-Tlieta fl-4.00pm
  • Ta’ Talb fil- Knisja ta’ bubaqra nhar l-Erbgħa fis-6.30pm.
  • Ta’ talb still Taize fil- Kappella ta’ San Ġakbu nhar il-Ġimgħa fis-7.30pm.

 

Nitolbu għal  Maria Concetta Darmanin u Catherine Vella li għaddew għall-ħajja ta’ dejjem matul din il-ġimgħa: Agħtiha, o Mulej, …

 

Illum ssir il-Ġabra Speċjali għall-Proġetti tal- Knisja.

Parrocca Rabat (2)

Avviżi tal-Ħadd

Avviżi tal-parroċċa

19 ta’ Novembru 2023

 

Nhar is-Sibt, 25 ta’ Novembru, niċċelebraw il-festa liturġika tal-Patruna tal-parroċċa tagħna, Santa Katarina. Għalhekk:

It-Tlieta, ikun l-ewwel jum tat-tridu: se jkun dedikat bħala Jum id-devoti ta’ Santa Katarina; il-quddiesa ta’ filgħaxija tkun bis-sehem tal-banda Santa Katarina.

L-Erbgħa, it-tieni jum: se jkun dedikat għall-anzjani u dak inhar, fil-quddiesa ta’ filgħaxija, jiġi ċċelebrat is-sagrament tal-Griżma tal-Morda.

Il-Ħamis, it-tielet jum, fil-quddiesa ta’ filgħaxija jkollna l-preżentazzjoni tat-trabi u tfal lil Santa Katarina. Dawk il-ġenituri li jixtiequ jippreżentaw lit-tarbija tagħhom huma mitluba jiktbuhom fis-sagristija.

Il-Ġimgħa Lejliet il-Festa: fil-5.30 pm: Translazzjoni tar-relikwija ta’ Santa Katarina, Għasar u quddiesa kantata

Is-Sibt, Jum il-Festa: fil-5.30 pm għasar u fis-6.00 pm quddiesa konċelebrata bil-paniġierku mill- Kanonku Fr David Cilia, Arċipriet ta’ San Pawl; wara ssir purċissjoni fil-knisja, reposizzjoni tar-relikwija u tingħata l-Barka Sagramentali.

Iċ-ċelebrazzjonijiet ikunu animati mill-Kor Parrokkjali Cantae Domino u l-mużika ta’ lejliet u nhar il-Festa tkun taħt it-tmexxija ta’ Patri Anton Briffa.

 

It-Tlieta, l-Erbgħa u l-Ħamis, fis-7.15 pm, fil-Każin tal-Banda Santa Katarina se jsiru riflessjonijiet dwar Santa Katarina mill-Kanonku Dun Dillon Bugeja.

 

Azzjoni Kattolika Se jkollhom It-Tesserament, Nhar it-Tlieta Waqt il- Quddiesa Tat-8.45am

 

Nitolbu għal ruħ  Francine Mifsud u Mikiel Zerafa li għaddiet għall-ħajja ta’ dejjem matul din il-ġimgħa: Agħtiha, o Mulej, …

 

Parrocca Rabat (2)

Avviżi tal-Ħadd

5 ta’ Novembru 2023

Griżma tal-Isqof

Nhar s-Sibt u l- Ħadd se niċċelebraw il-Grizma tal-Isqof lil-adoloxxenti tagħna f’ċelebrazzjoni li tibda’ fl-4.30pm. Bi preparazzjoni għall-griżma ser isisru dawn il-laqgħat:

  • Laqgħa għall-Ġenituri u Parrini, Nhar it-Tnejn 45pm fil- Knisja Arċipretali. Jkun hemm is-servizz tal-Qrar.
  • Laqgħa ta’ talb għall-Parrini u Kresimandi, fuq stil Taize, Il-Ġimgħa fis-7.30pm. Kulħadd mistieden. Se jkun hemm servizz tal-Qrar għall-Kresimandi.

 

Infakkru fil-Quddiesa fiċ-Ċimiterju: illum, il-Ħadd, fit-3.30 pm isir it-Tberik taċ-Ċimiterju.

Laqgħa għat-Terzjarji Karmelitani, nhar it-Tlieta fl-4.00pm

Quddiesa għal dawk li mietu fix-xahar ta’ Ottubru, Nhar il- Ħamis fis.600pm

Ċelebrazzjoni lejlet  il-Festa tal-Qaddisin Kollha – TFAL, ANGLI U QADDISIN li saret nhar t-Tlieta, inġabru is-somma ta 11,500 Euro b’rizq Puttinu Cares. Il- Parroċċa u s-Soċjeta’ tal- Mużew , kemm Bniet u Subien flimkien mal-organizzaturi ta’ Żurrieq Halloween, nixtiequ nirringrazzjaw lil dawk li attendew. Puttinu Cares jirringrazzjaw lil kulħadd tal- ġenerożita’ tagħkom.

Nitolbu għal oħtna Anna Maria D’Amato mill-parroċċa tagħna li għaddiet għall-ħajja ta’ dejjem.  Agħtiha o Mulej….

 

Illum Il-Ġabra Speċjali B’risq il-Parroċċa. Nkunu Ġeneruzi.

Parrocca Rabat (2)

Avviżi tal-Ħadd

28 ta’ Ottubru 2023

Tixtieq tagħti sehemek fil-parroċċa?

Wara l-quddies, nistednukom tibqgħu għal ftit ħin magħna għal kafe u xi biċċa kejk. Qegħdin fil-proċess biex insaħħu xi strutturi u kummissjonijiet fil-parroċċa, għalhekk qed nħeġġu lil dawk li jixtiequ jagħtu sehemhom dirett fil-parroċċa f’xi qasam jew ieħor, biex ikellmuna.

Ċelebrazzjoni lejlet  il-Festa tal-Qaddisin Kollha – TFAL, ANGLI U QADDISIN

Nfakkru li nhar it-Tlieta li ġej , propju lejlet il- Festa tal-Qaddisin kollha, il-Parroċċa flimkien mall- familji li jorganizzaw Zurrieq Halloween se ntellgħu attivita’ għat tfal u l-familji  bit-tema  – TFAL, ANĠLI U QADDISIN. Minn naħa tal-parroċċa se norganizzaw Quddiesa u attivita’ ikkordinata mis-soċjeta tal-Muzew Subien u  Bniet fi Triq it-Torri. It tfal huma mħeggin jilbsu kuluri ċari, ta’ qaddsin jew ta’ anġli. L-attivita’ u l-quddiesa se jibdew fil 5.00pm u se ddum  sas-6.30pm . Wara  fi Triq Fra Gammari Żammit se jkun hemm diversi attivitajiet u logħob addattati għat-tfal. Id-dħul għall-area tal-logħob wara il-quddies se jkun ta’ donazzjoni ta’ 2 euro li se jmorru għall-Puttinu Cares.

Jum l-erwieħ kollha: Nhar il-Ħamis, 2 ta’ Novembru, huwa Jum l-erwieħ kollha. Filgħodu, il-quddies fil-knisja parrokkjali jibda fil-5.30 a.m. u jibqa sejjer sat-8.00 a.m. Il-quddiesa ta’ filgħaxija tkun fis-6.00. Fil-kappella tan-Nigret ikun hemm quddies fis-6.30am u fis-7.00 ta’ filgħodu. Fil-knisja ta’ Bubaqra ikun hemm quddiesa fis-7.30am u fit-8.00am.

Tibdil fil-ħin tal-quddies ta’ filgħaxija ta’ Matul il-ġimgħa. Issa li qlibna għall-ħin tax-xitwa navżaw li minn din it-Tnejn, il-quddiesa ta’ filgħaxija fil-knisja parrokkjali tibda tkun fis-6.00 mit-Tnejn sal-Ħadd; Il-quddies nhar ta’ Ħadd jibqa’ kif inhu bħalissa.

Quddiesa Ċimiterju: Nhar il-Ħadd, fit-3.30 pm isir it-Tberik taċ-Ċimiterju: ikun hemm quddiesa u wara jsir it-tberik tal-oqbra. Huwa mitlub li t-tindif tal-oqbra jsir sas-Sibt filgħodu kemm jista’ jkun kmieni

Laqgħa ta’ Talb :Fil-Knisja ta’ Bubaqra nhar l-Erbgħa fis.6.30pm

Nhar il-Ġimgħa hija l-ewwel Ġimgħa tax-xahar.

Il-Ġabra li saret għall-Missjoni fit-tmiem il-Ġimgħa l-oħra laħqet is somma ta’ €3,500 . Nirringrazzjawkom tal-Ġenerożita’ tagħkom.

Hospice Malta –fuq iz-zuntier hemm ukoll xi voluntiera li qed jiġbru xi fondi għall-hospice Malta biex ikunu jistgħu ikomplu joffru s-servizzi li qed jagħtu lil diversi persuni.

Parrocca Rabat (2)

Avviżi tal-Ħadd

22 ta’ Ottubru 2023

Anniversarju Konsagrazzjoni tal-Knisja Arċipretali

Nhar il- Ħadd li ġej niċċelebraw l-Anniversarju tal-Konsagrazzjoni tal-Knisja Arċipretali. Fl-intenzjoni tagħna matul din il-ġimgħa niftakru f’missirijietna li ħallewlna dan il-patrimonju tant għal qalbna. Pero il-Knisja mhux il-bini biss, iżda hija aħna li niffurmaw din il-kommunita’. Għalhekk fil-weekend li ġej wara l-quddies, nistednukom tibqgħu għal ftit ħin magħna għal kafe u xi biċċa kejk. Dakinhar ukoll, nħeġġu lil dawk li jixtiequ jagħtu sehemhom dirett fil-parroċċa f’xi qasam jew ieħor, biex ikellmuna

Celebrazzjoni lejlet il-Festa tal-Qaddisin Kollha – TFAL, ANGLI U QADDISIN

Nhar il 31 ta’ Ottubru, propju lejlet il-Festa tal-Qaddisin kollha, il-Parroċċa flimkien mal-familji li jorganizzaw Zurrieq Halloween se ntellgħu attivita’ għat tfal u l-familji  bit-tema  – TFAL, ANGLI U QADDISIN. Minn naħa tal-parroċċa se norganizzaw Quddiesa u attivita’ ikkordinata mis-socjeta tal-Muzew Subien u  Bniet fi Triq it-Torri. It tfal huma mħeggin jilbsu kuluri ċari, ta’ qaddsin jew ta’ anġli. L-attivita’ u l-quddiesa se jibdew fil 5.00pm u se ddum  sas-6.30pm. Wara  fi Triq Fra Gammari se jkun hemm diversi attivitajiet u logħob addattati għat-tfal. Id-dħul għall-area tal-logħob wara il-quddies se jkun ta’ donazzjoni ta’ 2 euro li se jmorru għall-Puttinu Cares.

Abbatini

Ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawk li jixtiequ jidħlu abbatini. Sakemm ikun deċiz mod ieħor, l-applikazzjonijiet huma miftuħa għat-tfal subien minn 6 snin ‘il fuq. Min hu interessat ikellem lill-Arċipriet.

Laqgħa ta’ Talb  ta’ Padre Pio

Nhar l-Erbgħa li ġej, fil-5.30pm fil-Knisja ta’ San Ġakbu li tinkludi talba tar-rużarju u Quddiesa. Kulħadd mistieden.

Nitolbu għal ħutna mill-parroċċa li għaddew għall-ħajja ta’ dejjem din il-ġimgħa: Mansweta Bugeja, Paula Farrugia u Giovanna Inguanez. Agħtihom o Mulej.

 

Illum Il-Ġurnata Missjunarja, Nkunu Ġeneruzi.

Parrocca Rabat (2)

Avviżi tal-Ħadd

15 ta’ Ottubru 2023

Ġurnata Missjunarja

Nhar il-Ħadd li ġej, niċċelebraw il-ĠURNATA MISSJUNARJA: matul din il-ġimgħa nitolbu biex l-aħbar it-tajba tal-Evanġelju tasal għand il-bnedmin kollha. Il-ġbir li se jsir fil-weekend li ġej se jkun offerta b’risq il-missjonijiet. L-offerti tagħna jmorru għal diversi ħidmiet fl-artijiet tal-missjoni, li jinkludu x-xandir tal-Evanġelju, il-formazzjoni tas-seminaristi u katekisti, il-bini ta’ sptarijiet u skejjel u għajnuna lill-familji foqra.

 

Infakkru fir-reġistrazzjoni tat-tfal subien li se jagħmlu il-Griżma tal-Isqof f’Novembru li ġej u l-applikazjonijiet tal-parrini kemm subien kif ukoll bniet

Registrazzjoni tfal għall-Iskola Primarja

Il-kap tal-iskola, primarja żurrieq, jixtieq javża lil dawk il-ġenituri li għandhom tfal li twieldu fis-sena 2021 bejn jannar u april u għadhom m’humiex miktuba għall-klassi tal-kindergarten, biex jagħmlu dan mill-aktar fis possibbli. Dan jista’ jsir kuljum bejn it – 8.00am u 13.30pm. il-ġenituri jridu jkunu preżenti t-tnejn u jġibu magħhom l-i.d. cards

Kungress Nazzjonali tat-Terzjarji : Min se jattendi il-Kungress Nazzjonali tat-Terzjarji, mitlub ikellem lil Carmen Farrugia sa nhar l-Erbgħa.

TALB GĦALL-PAĊI, IL-ĠUSTIZZJA U R-RIKONĊILJAZZJONI

L-Isqfijiet ta’ Malta u Għawdex qed jissieħbu mal-Patrijarka ta’ Ġerusalemm, il-Kardinal Pierbattista Pizzaballa, li f’isem l-Ordinarjati tal-Art Imqaddsa għamel appell għat-talb għal dawk kollha li qed ibatu fil-baħar ta’ vjolenza, qerda u mibegħda fl-Art Imqaddsa, li diġà ħalla tant vittmi.  B’mod partikolari, il-Patrijarka ta’ Ġerusalemm għamel sejħa biex nhar it-Tlieta, 17 ta’ Ottubru 2023, tkun ġurnata ta’ talb u sawm għall-paċi, il-ġustizzja u r-rikonċiljazzjoni.

Nitolbu għal ħuna mill-parroċċa li għadda għall-ħajja ta’ dejjem din il-ġimgħa: Theresa Gauci, Ganni Schembri u Doris  Bonnici . Agħtihom o Mulej.