Parrocca Rabat (2)

Avviżi tal-Ħadd

2 ta’ Luju 2023

Laqgħa għall-Anzjani: Nhar it-Tnejn fid-9.00am fl-Oratorju. Titmexxa mis-Sinjura Rose Scalpello.

Il-vestizzjoni u l-professjoni tat-terzjarji tal-Madonna tal-Karmnu: nhar it-Tlieta, fil-quddiesa ta’ filgħaxija.

Laqgħa ta’ talb: Nhar l-Erbgħa fil-Knisja ta’ Bubaqra fis-7.15pm.

Nhar il-Ġimgħa hija l-ewwel Ġimgħa tax-xahar: ġurnata ta’ devozzjoni lejn il-Qalb Imqaddsa ta’ Ġesù.

Ġabra tal-Papa: Nirringrazzjaw lil kulħadd għall-ġabra li saret bħala offerta lill-Papa Franġisku matul il-weekend li għadda u li kienet ta’ €1330.

Nitolbu għal ruħ Giuseppa Said li għaddiet għall-ħajja ta’ dejjem matul din il-ġimgħa: Agħtiha, o Mulej, …

Parrocca Rabat (2)

Avviżi tal-Ħadd

18 ta’ Ġunju 2023

Laqgħa tal-grupp Padre Pio: L-Erbgħa 21 ta’ Ġunju,  fil-kappella ta’ San Ġakbu, fil-5.30pm.Tinkludi r-rużarju u quddiesa.

Taizè Meeting

Mument ta’ talb u riflessjoni fuq stil Taizè, nhar il-Ħamis 22 ta’ Ġunju fit-8.00pm fil-knisja Arċipretali.

Quddiesa tal-Ħadd fis-6.00pm

Nhar il-Ħadd 25 ta’ Ġunju, il-quddiesa tas-6.00pm se tkun animata minn Grupp li se jkanta mużika Gregorjana. Wara se jsir kunċert qasir.

Reffiegħa għall-Vara tal-Madonna tal-Karmnu

Dawk il-fratelli li għandhom is-servizzi meħtieġa u jixtiequ jerfgħu l-vara fil-festa għandhom jagħtu isimhom lill-Arċipriet jew lil xi membru tal-Kumitat sal-aħħar tal-ġimgħa ta’ Ġunju. Il- polza titla’ fil-5 ta’ Lulju.

Offerta ta’ San Pietru

Navżaw li fil-quddies kollu tal-weekend li ġej, se ssir il-ġabra magħrufa bħala l-“Offerta ta’ San Pietru”: din il-ġabra tmur bħala offerta lill-Papa Franġisku u biha nkunu qegħdin nuru l-imħabba tagħna lejh u ngħinuh biex ikun jista’ jifrex dejjem aktar il-ħidmiet tiegħu ta’ karità madwar id-dinja.

Proġett Lunetti Tal-Knisja Arċipretali

Kif tistgħu tinnotaw ċertu xogħol fuq dan il-proġett issa beda. Matul dan is-sajf ukoll se nerġu nduru il-koppletta minn barra biex nevitaw possibilitajiet ta’ dħul ta’ xita wara li ġie nnotata li kien hemm xi ħsarat fuq barra ukoll. Nittamaw li ma mmorrux ħafna “off budget”, pero xogħol li ma jistax ma’ jsirx. Nirringrazzjaw lil min qed jagħti s-sehem tiegħu għal dan il-proġett. Din il-ġimgħa nġabru €1,300. Nirringrazzjawhom u nitolbu għalihom u għall-benefatturi kollha.

Nitolbu għal ruħ Carmela Agius li għaddiet għall-ħajja ta’ dejjem matul din il-ġimgħa: Agħtiha, o Mulej…

Parrocca Rabat (2)

Avviżi tal-Ħadd

Avviżi tal-Parroċċa  

11 ta’ Ġunju 2023

Illum il-Ħadd niċċelebraw is-Solennità tal-Ġisem u d-Demm ta’ Kristu – il-festa ta’ Corpus.

Fis-6.00pm ssir quddiesa mmexxija minn Mons. Karm Camilleri bis-sehem tal-kor parrokkjali u wara purċissjoni bis-Santissimu Sagrament. It-tfal tal-Ewwel Tqarbina huma mistiedna jieħdu sehem.

Nhar il-Ġimgħa niċċelebraw il-festa tal-Qalb ta’ Ġesù.

Għalhekk it-Tlieta, l-Erbgħa u l-Ħamis ikunu ġranet ta’ kwaranturi: Ġesù Ewkaristija jkun espost għall-adorazzjoni tagħna minn wara l-quddiesa tat-7.45 am sa qabel il-quddiesa ta’ filgħaxija. Fis-6.30pm, quddiesa mmexxija minn Fr Noel D’Amato Camilleri. Matul dawn il-ġranet ikun hemm adorazzjonijiet organizzati; ikun hemm ukoll adorazzjoni organizzata wara l-quddiesa ta’ filgħaxija.

Il-Ġimgħa, Ġesù Sagramentat ikun espost matul il-ġurnata; imbagħad, fil-5.00pm, adorazzjoni mill-Fratellanza tas-Sagrament u l-Qalb ta’ Ġesù; fis-6.00pm, kant tat-Tieni Għasar, fis-6.30pm, quddiesa konċelebrata li titmexxa minn Mons Charles Attard, ex Arċipriet, u wara purċissjoni bis-S.S. Sagrament li tgħaddi mit-toroq tas-soltu. It-tfal tal-Ewwel Tqarbina huma mistiedna jieħdu sehem.

 

Navżaw li membri tal-Fratellanza tal-Karmnu se jkunu qed jiġbru donazzjonijiet għaċ-ċelebrazzjonijiet interni tal-festa tal-Madonna tal-Karmnu. Tingħata riċevuta uffiċjali.

Restawr tal-Pittura tal-Qalb ta’ Gesu

Illum, Il-Ħadd wara l-quddiesa ta’ filgħaxija se ninawguraw r-restawr tal-Pitura tal-Qalb ta’ Gesu. Grazzi lil Benefattur li għamel tajjeb għall-ispejjez.

Nhar il- Ħadd li ġej, Father’s Day, Quddiesa fiċ-Ċmiterju se ssir fid-9.00am

Proġett Lunetti tal- Knisja Arċipretali

Ħajr lil numru ta’ persuni li qed jagħtu s-sehem tagħhom. Ħajr ukoll lill-Fratellanza tas-Sagrament li offrew 500 Euro għall dan il-proġett.

Nitolbu għal ruħ Carmela Schembri li għaddiet għall-ħajja ta’ dejjem matul din il-ġimgħa: Agħtiha, o Mulej…

Parrocca Rabat (2)

Avviżi tal-Ħadd

Avviżi tal-Parroċċa  

28 ta’ Mejju 2023

Il-Ħadd 28 ta’ Mejju se ssir l-Inawgurazzjoni uffiċjali tat-tieqa l-kbira tal-Knisja Arċipretali li nbidlet f’dik ta’ Stained Glass bl-immaġni ta’ Santa Katarina fuqha. Fil-5.15pm se jsir programm żgħir u d-diskorsi. Fis-6.00pm jkollna quddiesa ta’ radd il-ħajr. Din l-inawgurazzjoni qed issir flimkien mas-Soċjetà Mużikali Santa Katarina.

L-Ewwel Tqarbina tat-tfal

Il-weekend li ġej niċċelebraw il-Festa tat-Trinità; fil-parroċċa tagħna jkollna l-Ewwel Tqarbina tat-tfal: nitolbu għalihom u għall-familji tagħhom biex jikbru fil-fidi u fl-imħabba lejn Ġesù fl-Ewkaristija.

  • Matul din il-ġimgħa jkollna l-aħħar preparamenti għall-Ewwel Tqarbina: il-ġenituri huma mitluba jsegwu l-programm li ngħataw fiċ-ċentri tad-duttrina.
  • Iċ-ċelebrazzjoni tal-Ewwel Tqarbina ssir s-Sibt u l-Ħadd fl-4.30pm.
  • Minħabba l-Ewwel Tqarbina, il-quddiesa ta’ filgħaxija tas-Sibt u l-Ħadd li ġej se tkun fis-7.00pm.

Laqgħa ta’ Formazzjoni għall-Fratelli tal-Fratellanzi: Nhar il- Ġimgħa fis-7.15pm fil-Kappella ta’ San Bert.

Reġistrazzjoni Kindergarten

Il-Kap tal-Iskola Primarja jixtieq javża lil dawk il-ġenituri li wliedhom twieldu fis-sena 2020 u għadhom mhumiex miktuba għall-klassi tal-kindergarten biex jagħmlu dan l-iskola bejn it-8.30am u 12.00pm. Iż-żewġ ġenituri jridu jkunu preżenti  u jieħdu magħhom il-Karta tal-Identità.

Nitolbu għal ruħ Lippu Pace li għadda għall-ħajja ta’ dejjem matul din il-ġimgħa: Agħtih, o Mulej…

Parrocca Rabat (2)

Avviżi tal-Ħadd

Avviżi tal-Parroċċa  

21 ta’ Mejju 2023

 

Tberik 2023 – Inkomplu bil-quddies u t-tberik fiż-żoni: il-quddiesa tibda fis-7.15pm.

Nhar it-Tlieta – Żona 13: Il-quddiesa se ssir fi Triq l-Arċipriet Mifsud.

Din iż-żona tinkludi dawn it-toroq: Fra Luca Zurki, Zaccaria Roncalli, Santa Fawstina, Mitlaq, Skulturi Fabri, Isourd Xuereb, San Ciru, Triq it-Torri, Imtali, San Porfirju, Costantinu Farrugia, Salvu Saliba, Giebja, Arcipriet Mifsud

Nhar il-Ġimgħa – Żona 14: Il-quddiesa se ssir fi Triq Ġnien il- Bennej.

Din iż-żona tinkludi dawn it-toroq: Vjal ix-Xarolla, Toroq Testaferrata, Rokku Buhagiar, De Mello, Francesco Zahra, Dun Mikiel Dámato, M. Perez Dáleccio, San Pawl, Sajjieda, Arturo Dimech, Fonzu Gauci, Kalang Saliba, Leli Camilleri, 23 ta’Lulju 1942

Min ma setax jingħaqad fiż-żona tiegħu, hu mitlub li jingħaqad f’żona oħra. Dawn huma l-aħħar żewġ  żoni minn din l-iskema tat-tberik għal din is-sena.

 

Nhar l-Erbgħa huwa l-aħħar Erbgħa tal-Madonna tal-Karmnu. Fis-6.00pm jitkanta l-għasar, fis-6.30pm quddiesa bil-prietka u wara kurunella fuq l-altar tal-Madonna tal-Karmnu, jitkanta t-Te Deum u tingħata l-Barka Sagramentali. Il-quddiesa se tkun animata mill-Banda Queen Victoria.

Taizè Meeting Mument ta’ talb u riflessjoni fuq stil Taizè, nhar il-Ħamis 25 ta’ Mejju fis-7.45pm. Dan il-mument hu miftuħ għal kulħadd.

Nhar il-Ħadd 28 ta’ Mejju se ssir l-Inawgurazzjoni uffiċjali tat-tieqa il-kbira tal- Knisja Arċipretali li nbidlet f’dik ta’ Stained Glass bl-immaġni ta’ Santa Katarina fuqha. Fil-5.15pm se jsir programm żgħir u d-diskorsi. Fis-6.00pm jkollna quddiesa ta’ radd il-ħajr. Din l-inawgurazzjoni qed issir flimkien mas-Soċjetà Mużikali Santa Katarina.

 

  • Proġett Pitturi tal-Lunetti. Tajna bidu għall-Proġett tal-Pitturi tal-Lunetti. Nibqgħu nappellaw ukoll għall-ġenerożità tagħkom biex inkunu nistgħu nifdu l-ispejjeż. Nirringrazzjaw lil dawk li qed jgħinu.

 

  • Laqgħa għal dawk interessati fil-Liturġija.

Infakkru fil-laqgħa għal dawk interessati fil-liturġija, bit-tema ‘Lejn Liturġija li tattirana u tbiddilna’. Il-kelliem se jkun Goffredo Boselli, konsulent tal-Kummissjoni għal-Liturġija tal-Konferenza Episkopali Taljana. Il-laqgħa ser tkun nhar it-Tlieta li ġej fis-Seminarju tal-Arċisqof, Tal-Virtù, ir-Rabat u tibda fis-7.00pm. Dawk kollha interessati li jattendu huma mitluba jirreġistraw fuq: parrocci.knisja.mt

 

Nitolbu għal oħtna Konsulata Farrugia li għaddiet  għall-ħajja ta’ dejjem matul din il-ġimgħa. Agħtiha, o Mulej…

Parrocca Rabat (2)

Avviżi tal-Ħadd

Avviżi tal-Parroċċa  

30 ta’ April 2023

Tberik 2023

Inkomplu bil-quddies u t-tberik fiż-Żoni :Il-quddiesa tibda fis-7.15pm.

Nhar it-Tlieta Żona 7:  Il-quddiesa se ssir fil-Ġnien l-Ewropa. Din iż-żona tinkludi dawn it-toroq: Misrah ir-Republika, Sqaq il-helu, L-Iben il-hali, Triq San Mikiel mill-pjazza sal-Bronja, Triq il-karmnu u Triq San Bert bl-isqaqien taghhom, Toroq it-Tjieba, Alessandru, Barcelona, Sant Andrija, San David, u Wesgha JM Cassar

Nhar il-Ħamis Żona 8: Il-quddiesa se ssir fi Triqil- Ġibjun Sa. Din iż-żona tinkludi dawn it-toroq: Triq il-Kuncizzjoni, Triq il-Mithna, San Mark, Dejqa, Barrieri, Nigret, Madre Tereza Nuzzo, l_Imdawra, Wied Ganu, Wardija, Munqar, Wahx, Franzina,

Festa ta’ San Ġużepp

Nhar il-Ħadd li ġej, fil-parroċċa tagħna niċċelebraw il-festa ta’ San Ġużepp. Fis-6.00 pm jkollna quddiesa kantata bis-sehem tal-kor parrokkjali u wara purċissjoni li tgħaddi mit-toroq tas-soltu.

Laqgħa għall-anżjani Nhar it-Tnejn  fid-9.00am.

Laqgħa ta’ talb: nhar l-Erbgħa fil-knisja ta’ Bubaqra fis-7.00pm.

Konsulta tal-Fratellanza ta Santu Rokku –nhar il-Ġimgħa li ġej wara il- quddiesa tas-6.30pm

Gurnata Adorazzjoni:

Is-Sibt 6 ta’ Mejju se ssir Ġurnata Adorazzjoni Ewkaristika fil-Museum tas-Subien, mit-8:00am sat-8:00pm. Kull saghtejn, 9:30am, 11:30am, 1:30pm, 5:30pm u 7:30pm ikun hemm ħin ta’ talb organizzat mit-talb ta’ San Ġorġ Preca. Fit-3:00pm tingħad il-kurunella tal-Ħniena Divina. Dakinhar ma jkunx hemm Adorazzjoni f’San Ġakbu

Kelma Tal-Ħajja: Infakkru id-distributuri tal-Kelma tal-ħajja biex jiġbru il-koppji mis-sagristija.

Lotterija Salib: Numru Rebbieħ Rosa Serie: JKL numru 160.

Nitolbu għal ħutna li għaddew għall-ħajja ta’ dejjem matul din il-ġimgħa: Nina Chircop u Josef Cassar . Agħtihom, o Mulej…

 

Illlum Jum il- Karita’

Parrocca Rabat (2)

Avviżi tal-Ħadd

Avviżi tal-parroċċa – 23 ta’April 2023

Tberik 2023 
Inkomplu bil-quddies u t-tberik fiż-Żoni
Il-quddiesa tibda fis-7.15pm. Qabel il-quddiesa se jkun hemm is-servizz tal-qrar u wara l-quddiesa mħeġġin tibqgħu ftit tal-ħin flimkien biex nitkellmu ftit bejnietna f’atmosfera soċjali.

Nhar it-Tlieta Żona 5:  Il-quddiesa se ssir f’ Misraħ il-Karmelitani, biswit Triq Babu. Din iż-żona tinkludi dawn it-toroq:
Triq Wied Babu, Togores, Mizieb, Gianferli, Zondadari, Gio Batta Saydon, Frangisk Coleiro, Benedittini, Luret Zammit, Guzepp Farrugia, U Misrah San Gorg, Triq il-Kangu, Widnet il-Baħar, Karmnu Zammit, GM Borg, Xandru D’Amato, wied, Ferdinandu Falzon, Frangisk Bugeja, Merill, Antonia Farrugia, Qroll u Tunnara. Blue Grotto Ave. Minn Wied Babu sat-Tunnara
 
Nhar il-Ġimgħa Żona 6: Il-quddiesa se ssir fi Triq Kan Vinc. Blazan. Din iż-żona tinkludi dawn it-toroq:
It-Toroq kollha fiz-zona tal-Bebbux I u II, mit-Triq tal-Qrendi sat Triq Hal Millieri

 

Laqgħa tal-grupp Padre Pio: Il-Ħamis, fil-Kappella ta’ San Ġakbu, fil-5.30 pm.
 
 
Taize Meetings
Mument ta’ talb u riflessjoni fuq stil Taize’  nhar il-Ħamis, li ġej, 27 ta’ April fis-7.30pm.
Dan il-mument hu miftuħ għal kulħadd.
  
Jum il-Karita’
• Nhar il- Ħadd, 30 ta’ April, il-Knisja f’Malta tiċċelebra JUM IL-KARITA: matul din il-ġimgħa se jkun hawn qfief biex fihom jitpoġġew offerti ta’ ikel għall-istituti tal-knisja; din  is-sena l-offerti tagħna se jmorru għad-dar tat-tfal Santa Tereża tas-sorijiet tal-parroċċa tagħna; barra dan, il-ġbir tal-weekend li ġej se jmur bħala offerta b’risq il-ħidma u d-djar ta’ karità li l-Knisja għandha f’pajjiżna; bl-offerta tagħna nkunu qed ngħinu tfal, żgħażagħ u familji li huma fil-bżonn u għaddejjin minn diffikultajiet. Inkunu ġenerużi.
 
Nitolbu għal ruħ Andrew Abdilla li għadda għall-ħajja ta’ dejjem matul din il-ġimgħa: Agħtih, o Mulej.

 
 

Parrocca Rabat (2)

Avviżi tal-Ħadd

Avviżi tal-parroċċa

9 ta’April 2023

Tberik 2023

Kif avżajna, ħsibna li din is-sena noħorġu b’idea li għandha sservi ta’ opportunità biex niltaqgħu flimkien minkejja li raħalna kiber ġmielu u ftit diffiċli li fix-xahrejn ta’ wara l-Għid il-Kbir induru l-familji kollha. Din għandha sservi ta’ opportunità li tinvolvu ruħkom fit-tberik tal-familja tagħkom u ta’ darkom.

Għaldaqstant qsamna l-parroċċa f’14-il żona, fejn f’kull żona se tkun iċċelebrata quddiesa għan-nies tal-madwar. Wara l-quddiesa, kull familja tingħata kontenitur bl-ilma mbierek u santa tat-tberik. B’hekk membru tal-familja jista’ jbierek lill-familja u d-dar.

Il-quddiesa tibda fis-7.15pm. Qabel il-quddiesa se jkun hemm is-servizz tal-qrar u wara l-quddiesa mħeġġin tibqgħu ftit tal-ħin flimkien biex nitkellmu ftit bejnietna f’atmosfera soċjali.

Il-quddies li qed isir fil-knejjes tagħna se jibqa’ jsir b’mod normali, u l-quddiesa fiż-żona hija għal dawk li jgħixu f’dik iż-żona.

Se nibdew bl-ewwel żona, nhar it-Tlieta li ġej. Il-quddiesa se ssir ħdejn is-salib ta’ Triq il-Kbira. Din iż-żona tinkludi dawn it-toroq: Triq il-Kbira u l-isqaqien tagħha, Misraħ Mattia Preti, Triq il-Ħaddiema minn Mattia Preti sal-Bajjada, Triq iċ-Ċombini, P.P. Saydon, San Nikola, Bizzilla, San Pietru, San Leopoldu, Federiku, Warda, San Ġwann, San Ġorġ, San Luqa, il-Fjuri, l-Inġiniera, Burlanġasa, Sqaq San Lawrenz u l-Imdawwar.

Il-Ħamis jkollna t-tieni żona: il-quddiesa se ssir fi Triq Matteolo Saliba. Din iż-żona tinkludi dawn it-toroq: Triq San Martin minn Bronja sa Vjal l-Indipendenza, Triq il-Bronja, Matteolo Saliba, Francis Falzon, is-Sienja, Dun Vincenz Schembri, Zimmerman Barbaro, Marjanu Gerada, Salvu Psaila, Vincenzo Dimech, Taħħan u Dun Ġwann Camilleri.

Nhar l-Erbgħa jibdew l-Erbgħat tal-Karmnu: fis-6.00pm jingħad ir-Rużarju u fis-6.30pm ssir il-quddiesa bil-prietka minn Patri Karmelitan. Wara tingħad il-Kurunella u barka sagramentali. Matul l-Erbgħat ikun hawn qassis barrani għall-qrar mill-5.00pm ’il quddiem.

Nhar il-Ħadd li ġej hija l-Festa tal-Ħniena Divina: is-Sibt fil-5.30pm issir l-adorazzjoni tal-Ħniena Divina u wara nkomplu bil-quddiesa. Inħeġġu lil kulħadd biex jieħu sehem.

Nhar il-Ħadd, fl-10.30am ser issir il-laqgħa ta’ formazzjoni għall-fratelli tal-fratellanzi kollha fil-kappella ta’ San Bert. Imexxi Fr Stephen Attard.

Nitolbu għal ruħ Carmelo Mangion li għadda għall-ħajja ta’ dejjem matul din il-ġimgħa: Agħtih, o Mulej, …

F’isem is-saċerdoti, nawguraw lill-familji kollha tal-parroċċa l-Għid it-Tajjeb.