image_2024-03-15_111542319

Tberik 2024

Għat-tieni s-sena t-tradizzjoni sabiħa tat-tberik tal-familji se ssir permezz ta’ 14-il quddiesa fit-toroq ta’ raħalna.

Il-parroċċa nqasmet f’14 -il żona, fejn f’kull żona se tkun iċċelebrata quddiesa għan-nies tal-madwar. Wara, kull familja tingħata kontenitur bl-ilma imbierek u santa tat-tberik. B’hekk membru tal-familja jista’ jbierek lill-familja u d-dar. Min irid jista’ jirritorna il-kontenitur vojt fil-knisja, biex jerġa jintuża.
Qabel il-quddiesa se jkun hemm servizz tal-qrar u wara il-quddiesa mħeġġin nibqgħu ftit tal-ħin flimkien biex nitkellmu ftit bejnietna f’atmosfera soċjali. Min jixtieq jista’ jipprepara xi ħaġa x’jaqsam mal-oħrajn bħal figolla jew xi cake, u għal kull żona hemm contact person biex tikkoordina.
Idealment, kulħadd jattendi għall-quddiesa fiż-żona ndikata, għaliex l-iskop huwa wkoll li jissaħħaħ is-sens ta’ għaqda fost il-ġirien. Pero jekk għal xi raġuni wieħed ma’ jkunx jista’, huwa mħeġġeġ jattendi f’waħda minn dawn il-quddisiet, speċjalment f’xi żona viċina.

Tista tara meta jmiss il-quddies fiż-żona tiegħek hawn, billi taghfas fuq il-mappa ta’ hawn taht. Żomm id-data tal-quddies u niżżilha fil-kalendarju. Ħeġġeġ lil ġirien u mexxi l-kelma u ara jekk tistax tgħin.

Tradizzjonalment fit-tberik wieħed kien jagħti offerta għall-Knisja, wieħed jista’ jibqa’ jagħmel dan. Kull offerta hija apprezzata.

Iż-Żoni

Taħt iċ-Ċint, Nigret
Triq Wied Babu, Togores, Mizieb, Gianferli, Zondadari, Gio Batta Saydon, Frangisk Coleiro, Benedittini, Luret Zammit, Guzepp Farrugia, U Misrah San Gorg, Triq il-Kangu, Widnet il-Baħar, Karmnu Zammit, GM Borg, Xandru D’Amato, Wied, Ferdinandu Falzon, Frangisk Bugeja, Merill, Antonia Farrugia, Qroll uTunnara. Blue Grotto Ave. Minn Wied Babu sat-Tunnara

Tal-Bandli
Triq Carmelo Caruana, Stefano Zerafa, Triq il-Qrendi,Dun Ġużepp Zammit, Triq Santu Formosa, Triq l-Imqabba, Blue Grotto Avenue, Triq Santa Katarina u Triq il-Ħaddiem.

Bubaqra Misraħ Santa Marija, Triq Santa Marija, Santu Rokku, San Iljun, L-Imwieġel, E. Grech, Maria Farruge, 15 ta’ Awwissu, Dun Salv Farrugia, Dun Salv Magri, Saverio Laferla, Luq, Midra, Goswalda Callejja, Gio Battista Riccio, Mingel, Nardo Sacco u Morphou, Triq Bubaqra minn Triq it-Tin lejn il-pjazza, Triq it-Torri, Sqaqien it-Torri, San Leonardu, Sant Antnin,

Tal-Bambina Vjal l-Indipendenza minn Sant Agata Complex sa Triq Bubaqra, Toroq Bubaqra, Kalang Bugeja, Tin, Fortunat Dalli, Hompesch, Qiegħa, Tobba Sciberras, Dun Nard Mallia, San Bastjan, Sardinell

Ix-Xarolla Misraħ ir-Reppublika, Sqaq il-Ħelu, L-Iben il-ħali, Triq San Mikiel mill-pjazza sal-Bronja, Triq il-karmnu u Triq San Bert bl-isqaqien taghhom, Toroq it-Tjieba, Alessandru, Barcelona, Sant Andrija, San David, u Wesgha JM Cassar

Ta’ Xaqqa Triq San Martin minn Bronja sa Vjal l-Indipendenza, Triq il-Bronja, Triq Francis Falzon, Triq is-Sienja, Triq Dun Vincenz Schembri, Triq Zimmerman Barbaro, Triq Marjanu Gerada, Triq Salvu Psaila, Triq Vincenzo Dimech, Triq it-Taħħan, Triq Dun Ġwann Camilleri, Triq Matteolo Saliba

Bubaqra HSE Luca Zurki, Zaccaria Roncalli, Santa Fawstina, Mitlaq, Skulturi Fabri, Isourd Xuereb, San Ciru, Triq it-Torri, Imtali, San Porfirju, Costantinu Farrugia, Salvu Saliba, Giebja, Arcipriet Mifsud

Sant Agata Triq Sant Andrija, Vincenzo Caruna, Santa Klementina, Sant Agata, Triq Dun Gejt Muscat, Vjal L-indipendenza minn Triq Sant Andrija Sa’ St. Agatha Complex, Triq San Martin minn Vjal l-Indipendenza sa Sant Agata, Triq Dun Nard Mallia sal-Gzira ta’ Filfla, u Triq Hal far, Tinkludi ukoll dawk kollha li joqgħodu fil-kampanja fiz-zoni ta’ Hal Far u l-Hlantun.

Taħt ir-Raħal Vjal ix-Xarolla, Toroq Testaferrata, Rokku Buhagiar, De Mello, Francesco Zahra, Dun Mikiel Dámato, M. Perez Dáleccio, San Pawl, Sajjieda, Arturo Dimech, Fonzu Gauci, Kalang Saliba, Leli Camilleri, 23 ta’Lulju 1942

Lejn it-Torri Vjal l-Indipendenza minn Triq Bubaqra san-Nigret, Toroq Zacaria Roncalli, Ta’ Ciantar, G.M. Callus, Fra GanMari Zammit, Torri, San Gorg Preca, Passju

Tal-Bebbux It-Toroq kollha fiz-zona tal-Bebbux I u II, mit-Triq tal-Qrendi sat Triq Hal Millieri

In-Nigret Triq il-Kuncizzjoni, Triq il-Mithna, San Mark, Dejqa, Barrieri, Nigret, Madre Tereza Nuzzo, l-Imdawra, Wied Ganu, Wardija, Munqar, Wahx, Franzina. Mithna tal-Qaret, Xewki, Parit, Misraħ San Ġorġ

Iċ-Ċentru Triq il-Kbira u l-isqaqien taghha, Misrah Mattia Preti, Triq il-Haddiema minn Mattia Preti sal-Bajjada, Toroq ic-Combini, PP. Saydon, San Nikola, Bizzilla, San Pietru, San Leopoldu, Federiku, Warda, San Gwann, San Gorg, San Luqa, Il-Fjuri, L-Inginiera u Burlangasa. Sqaq San Lawrenz u L-Imdawwar

Tac-Ciantar Triq San Mikiel bl-isqaqien taghha, Toroq Don Carlo DeGiovanni Inglott, Fillippu Farrugia, Donato del Paino, Alpheran, Sindku, Gorg Sammut, Gwanni Saliba, Borgo Maggiore, GM Callus, Ta’Ciantar, Gregorio Durante, Espedito Deguara, Girna

Parrocca Rabat (2)

Avviżi tal-Ħadd

Avviżi tal-Parroċċa  

4 ta’ Ġunju 2023

Proġett Lunetti tal-Knisja Arċipretali

Ilbieraħ ingħata bidu uffiċċjali għax-xogħol ta’ restawr fuq is-saqaf minn ġewwa tal-Knisja Parrokkjali, wara l-ħidma ta’ numru ta’ voluntiera fl-aħħar jiem biex itellgħu t-travi, għas-saqaf temporanju li minn fuqu ser isir ix-xogħol.  Huwa stmat li l-ispiża għal dan il-proġett se tkun madwar €60,000.  Il-Ministeru tal-Kultura se jkun qed jagħti ko-finanzjament ta’ €30,000 waqt li l-kumplament tal-ispiża se jinħarġu mill-Parroċċa, permezz ta’ ġbir li qed isir. Ma’ dan hemm ukoll l-ammont kbir ta’ sigħat ta’ ħidma mogħtija b’xejn minn numru ta’ voluntiera.

Grati lejn kull min qed jikkontribwixxi biex inkomplu nieħdu ħsieb din il-ġawhra li għaddewlna missirijietna.

Nhar il-Ġimgħa se ssir il-festa tal-Qalb ta’ Ġesù fin-Nigret. Għalhekk nhar it-Tlieta, l-Erbgħa u l-Ħamis ikunu jiem ta’ tridu bi tħejjija: fil-5.15pm jkun hemm rużarju u għasar u fis-6.00pm quddiesaimexxija minn Fr Stephen Attard. Nhar il-Ġimgħa fis-6.45am ssir il-quddiesa li fiha jsir it-tiġdid tal-voti mis-Sorijiet u wara adorazzjoni sal-11.30am.Fil-5.30 pm għasar  u fis-6.00pm quddiesa minn Mons. Karm Camilleri. Wara l-quddiesa ssir purċissjoni bis-Santissimu Sagrament li tgħaddi mit-toroq taż-żona. Inħeġġu lit-tfal tal-Ewwel Tqarbina u lill-Fratelli tas-sagrament biex jieħdu sehem.

Nhar il-Ħadd niċċelebraw is-Solennità tal-Ġisem u d-Demm ta’ Kristu – il-festa ta’ Corpus.

Fis-6.00pm ssir quddiesa mmexxija minn Mons. Karm Camilleri bis-sehem tal-kor parrokkjali. Fiha jsir it-tiġdid tal-voti mis-Sorijiet u wara purċissjoni bis- Santissimu Sagrament li tgħaddi mix-Xarolla. It-tfal tal-Ewwel Tqarbina huma mistiedna jieħdu sehem.

Laqgħa għall-Anzjani: Nhar it-Tnejn li ġej fid-9.00am.

Laqgħa ta’ talb: nhar l-Erbgħa fil-knisja ta’ Bubaqra fis-7.15pm.

Prezentazzjoni tat-tfal li se jagħmlu il-Ġriżma tal-Isqof f’Novembru.: Il-Prezentazzjoni se ss ir waqt il- Quddiesa tas-Sibt li ġej fis 6.3opm fil- Knisja Arċipretali.

 

Pellegrinaġġ: Nhar il-Ħamis se jsir pellegrinaġġ għat-terzjarji karmelitani u devoti tal-Madonna, li jsir kull sena Din is-sena se jsir għall-Knisja tal-Madonna tal-Ħniena fil-Qrendi. Tluq mill-venda fis-6.00pm. Min jixtieq jieħu sehem għandu jkellem lil Carmen Farrugia jew lil xi ħadd mill-Kumitat.

 

  • Nitolbu għal ruħ Giovanna Zahra li għaddiet għall-ħajja ta’ dejjem matul din il-ġimgħa: Agħtiha, o Mulej…
Parrocca Rabat (2)

Avviżi tal-Ħadd

Avviżi tal-Parroċċa  

14 ta’ Mejju 2023

 

Tberik 2023 – Inkomplu bil-quddies u t-tberik fiż-Żoni: il-quddiesa tibda fis-7.15pm.

Nhar it-Tlieta – Żona 11: Il-quddiesa se ssir fi Triq il-Qiegħa. Din iż-żona tinkludi dawn it-toroq: Vjal l-Indipendenza minn Sant’Agatha Complex sa Triq Bubaqra, Toroq Bubaqra, Kalanġ Bugeja, Tin, Fortunat Dalli, Hompesch, Qiegħa, Dun Nard Mallia, San Bastjan u Sardinell.

Nhar il-Ħamis – Żona 12: Il-quddiesa se ssir fi Triq Fra G. Zammit. Din iż-żona tinkludi dawn it-toroq: Vjal l-Indipendenza minn Triq Bubaqra san-Nigret, Toroq Zacaria Roncalli, Ta’ Ciantar, G.M. Callus, Fra GanMari Zammit, Torri, San Ġorġ Preca u Passju.

Min ma setax jingħaqad fiż-żona tiegħu, hu mitlub li jingħaqad f’żona oħra.

Proġett – Tibdil tat-tieqa il-Kbira

Beda il-proċess biex tinbidel it-Tieqa il-Kbira tal-Knisja Arċipretali f’dik ta’ Stained Glass bl-imaġni ta’ Santa Katarina fuqha. L-Inawgurazzjoni se jsir nhar il-Ħadd 28 ta’ Mejju2023 fil- 5.00pm . Ħajr lil Każin ta’ Santa Katarina li ħa ħsieb dan il-proġett u lil kull min għen.

 

Proġett Pitturi tal-Lunetti.

Ser nagħtu bidu għall-Proġett tal-Pitturi tal-Lunetti. F’dawn l-aħħar ġranet inxtraw it-travi u l-injam li għandna bżonn għal dan il-proġett. Spiża li laħqet is-16,500 ewro. Nhar is-Sibt  filgħodu se nibdew inqegħduhom f’posthom. Għalhekk jekk hawn min fiżikament b’saħħtu li lest li jgħinna, importanti li javviċinana. Nibqgħu nappellaw ukoll għall-ġenerożità tagħkom biex inkunu nistgħu nifdu l-ispejjeż. Navzaw li l-quddiesa tat-8.00am ta’ nhar is-Sibt se ssir fil-kappella ta’ San Ġakbu.

 

Irtir għat-Terzjarji Karmelitani.

Min hu interessat javviċina lil Carmen Farrugia sa nhar l-Erbgħa.

 

Laqgħa għal dawk interessati fil-Liturġija

L-Arċidjoċesi ta’ Malta qed torganizza laqgħa għal dawk interessati fil-liturġija, bit-tema ‘Lejn Liturġija li tattirana u tbiddilna’. Il-kelliem se jkun Goffredo Boselli, konsulent tal-Kummissjoni għal-Liturġija tal-Konferenza Episkopali Taljana. Il-laqgħa ser tkun nhar it-Tlieta, 23 ta’ Mejju 2023 fis-Seminarju tal-Arċisqof, Tal-Virtù, ir-Rabat u tibda fis-7.00pm. Dawk kollha interessati li jattendu huma mitluba jirreġistraw fuq: parrocci.knisja.mt

 

Il- Ħamis fis-6.30pm issir il-quddiesea għal dawk li mietu fix xahar ta’ April

 

Illum,  il-Ħadd  quddiesa fiċ-ċimiterju b’suffraġju tal-ommijiet mejtin fis-7.00pm. f’kaz ta riħ qawwi u jew xita issir fil knisja ta’ Bubaqra.

 

Nitolbu għal ħutna Mary Bonello u Joseph Farrugia li għaddew għall-ħajja ta’ dejjem matul din il-ġimgħa.Agħtihom, o Mulej…

new image

Tberik 2023

Dun Daniel Cardona

Arċipriet

Għeżież,
Is-sliem. Hija tradizzjoni sabiħa li jsir it-tberik tal-familji u ħafna jixtiequh.
Ħsibna li din is-sena noħorġu b’idea li għandha sservi ta’ opportunita’ biex niltaqgħu flimkien minkejja li raħalna kiber ġmielu u ftit diffiċli li fix-xahrejn ta’ wara l-Għid il-Kbir nduru il-familji kollha. Wkoll għandha sservi ta’ opportunita’ li tinvolvu ruħkom fit-tberik tal-familja tagħkom u ta’ darkom.
Għaldaqstant qsamna l-parroċċa f’14 -il żona, fejn f’kull żona se tkun iċċelebrata quddiesa għan-nies tal-madwar. (Ara l-mappa fuq wara ta’ din l-ittra.) Wara l-quddiesa, kull familja tingħata kontenitur bl-ilma imbierek u santa tat-tberik. B’hekk membru tal-familja jista’ jbierek lill-familja u d-dar. Min irid jista’ jirritorna il-kontenitur vojt fil-knisja.
Il-quddiesa tibda fis-7.15pm. Qabel il-quddiesa se jkun hemm servizz tal-qrar u wara l-quddiesa mħeġġin nibqgħu ftit tal-ħin flimkien biex nitkellmu ftit bejnietna f’atmosfera soċjali. Jien se nkun disponnibbli biex min ikun irid ikellimni jkun jista’ jagħmel dan.
Idealment kulħadd jattendi għall-quddiesa fiż-żona ndikata, għaliex l-iskop huwa wkoll li jissaħħaħ is-sens ta’ għaqda fost il-ġirien. Pero jekk għal xi raġuni wieħed ma’ jkunx jista’, huwa mħeġġeġ jattendi f’waħda minn dawn l-attivitajiet, speċjalment f’xi żona viċina. Fl-istess ħin, nfakkru li dan se jkun mument għal dik iż-żona biss u mhuwiex l-iskop ta’ dawn il-mumenti li niġbru nies mill-Parroċċa kollha f’żona waħda. Il-quddies li qed isir fil-kniejjes tagħna se jibqa’ jsir b’mod normali.
Tradizzjonalment fit-tberik wieħed kien jagħti offerta għall-Knisja. Min irid jista’ jibqa’ jagħmel dan. Kull offerta hija apprezzata.
Il-Mulej ibierek lilkom u lill-familji tagħkom,

Fr Daniel Cardona, L-Arċipriet flimkien ma’ tim ta’ kollaburaturi.
Date Zone Meeting Place
Tuesday 11th April 1 Salib, Triq il-Kbira
Thursday 13th April 2 Triq Matteolo Saliba
Tuesday 18th April 3 Pjazza Bubaqra
Thursday 20th April 4
Tinkludi n-nies li joqogħdu fil-kampanja (Ħlantun, Ħal Far etc)
Triq San Martin
Tuesday 25th April 5 Triq Wied Babu
Friday 28th April 6 Kan Vinċ Balzan
Tuesday 2nd May 7 Ġnien L-Ewropa
Thursday 4th May 8 Il-Ġnien tal-Ġibjun
Tuesday 9th May 9 Bandli
Thursday 11th May 10 Triq Borgo Maggiore
Tuesday 16th May 11 Triq il-Qiegha
Thursday 18th May 12 Triq Fra G. Zammit
Tuesday 23rd May 13 Triq l-Arcipriet Mifsud
Friday 26th May 14 Gnien il-Bennej
Parrocca Rabat (2)

Avviżi tal-Ħadd

Avviżi tal-Parroċċa
2 ta’ April 2023

Qegħdin nagħtu bidu għall-Ġimgħa Mqaddsa: Il-funzjonijiet ikunu animati mill-Kor Parrokkjali CANTATE DOMINO

It-Tnejn, wara l-quddiesa ta’ filgħaxija, issir Via Sagra Solenni fil-knisja Arċipretali.

Ħamis ix-Xirka:

Il-funzjoni tkun fis-6.30pm.

Fit-8.00pm jibdew l-adorazzjonijiet quddiem Ġesù Sagramentat.(Kummissjoni Liturġija)

Fid-9.00pm: adorazzjoni mmexxija mill-fratellanzi tal-parroċċa.

Il-viżti u l-adorazzjonijiet jibqgħu għaddejjin sa 12.00am.

Il-funzjoni fil-kappella tan-Nigret tkun fis-6.00pm u fil-knisja ta’ Bubaqra fis-6.30 pm.

Il-Ġimgħa ssir it-Tifkira tal-Passjoni u l-Mewt ta’ Sidna Ġesù Kristu.

Fis-6.30am jibdew l-adorazzjonijiet.

Fit-8.00am tingħad it-talba tal-Uffiċċju tal-Qari u t-Tifħir ta’ Sbiħ il-Jum immexxija mis-saċerdoti.

Fid-9.00am adorazzjoni mmexxija mill-membri tal-MUSEUM.

Fl-10.30am adorazzjoni mmexxija miż-żewġ għaqdiet mużikali tal-parroċċa.

Fil-knisja Arċipretali, fil-kappella ta’ Bubaqra u fil-kappella tan-Nigret, il-ħin tal-funzjoni jkun fit-3.00pm.

Is-Sibt Qaddis tal-Għid: Fil-knisja Arċipretali, fil-kappella ta’ Bubaqra u fil-kappella tan-Nigret, il-ħin tal-funzjoni jkun fit-8.00pm.

Il-Ħadd: L-Għid il-Kbir:

Il-quddies ikun kollu bħal ta’ nhar ta’ Ħadd. (Wara ż-żewġ quddisiet tat-tfal, dik tat-8.30am u dik tad-9.30am jsir it-tberik tal-figolli)

Laqgħa għall-Anzjani: nhar it-Tnejn, fid-9.00am fl-Oratorju. Imexxi s-Sur Felix Schembri.

Laqgħa tat-Terzjarji Karmelitani u devoti tal-Madonna: nhar it-Tlieta fl-4.00pm fil-knisja Arċipretali.

Fundraising

  • Ħarġa għal Għawdex: nhar is-Sibt, 15 ta’ April. Min hu interessat ikellem lil xi ħadd tal-Grupp tal-Fundraising.
  • Inedejna wkoll lotterija – Salib Kbir ibbanjat bil-fidda.

Il-ġabra għas-seminarju kienet  ta’ €1,700.

Nitolbu għal ħutna: Vincent Darmanin, Catherine Sammut u Tereża Cachia mill-parroċċa tagħna li għaddew għall-ħajja ta’ dejjem din il-ġimgħa: Agħtihom, o Mulej, …

 Illum l-Ewwel Ħadd tax-xahar: il-ġabra b’risq il-knisja – inkunu ġenerużi

Story of Catherine of Alexandria

Illum il-Knisja tiċċelebra lil Santa Katarina, li tat ħajjitha għal Ġesu’. Trid tkun taf aktar dwar il-ħajja ta’ Santa Katarina? Ara dan il-video qasir. U wara tista tagħmel talba biex tkompli tikber l-għaqda bejn l-Insara kollha.