Parrocca Rabat (2)

Avviżi tal-Parroċċa – 26 ta’ Jannar 2025

Katekezi mill-grupp Neo Katekumeni

Qatt ħadt mumentm biex tagħraf l-iskop ta’ ħajtek u fejn Alla jidħol f’dan kollu? Din hi stedina għalik. Agħmel il- pass. Erġgħa skopri l-Imħabba tiegħu. Katekezi għall-Adulti u zgħazagħa, Kull nhar ta Tnejn u Ħamis mis-6 ta’ frar fil- Kappella ta San Ġakbu. Membri tan-Neokatekumeni matul dan il- ġranet ser iqassmu xi invitia fi djarna.

ZAK Żurrieq

Ser isir Open  day illum, il-Ħadd ser ikun miftuh mid-9:00am sa 12:00pm. Zak Zurrieq jixtieq jinforma liż-żagħżagħ minn 16 sa 20 sena  li jixtieq jibdew jattendu,  jmorru c-centru u jħallu d-dettalji.

Festa ta’ San Agatha fil- Kappella tagħha se tiġi iċċelebrata nhar il- Ħadd 2 ta’ Frara fit-3.30pm Inħeġġu id-devoti u lin-nies tal-Madwar jattendu.

Il- Ħadd, 2 ta’ Frar niċċelebraw il- Festa tal- Kandlora, il- Presentazzjoni tal- Mulej. Fis-6.00pm Fil- Knisja Arċipretali issir it-Tberik tax-Xemgħa.

Pellegrinaġġ tal- Ġiblew tat-tama għat-Terzjarji Karmelitani  u devoti tal- Madonna għas-Santwarju tal- Madonna tal-Karmnu , il- Belt Valletta. Nhar it 12 ta’ Frar. Min hu interessat ikellem lil Carmen Farrugia.

Żebgħa tal-Knisja Arċipretali.

Beda x-xogħol ta’ żebgħa tal-Knisja Arċipretali.Matul din il-ġimgħa ġbarna €570 Euro  għal dan il- proġett. Nirringrazzjaw lil dawn il-benefatturi.

Nitolbu Għal ħutna: Carmena Zahra, Theresa Camilleri, Emanuel Ghigo, Barbara Camilleri  li  għaddew għall-ħajja ta’ dejjem matul din il-ġimgħa.

Parrocca Rabat (2)

Avviżi tal-Parroċċa – 19 ta’ Jannar 2025

Żebgħa tal-Knisja Arċipretali.

Beda x-xogħol ta’ żebgħa fil-parti t’isfel tal-Knisja Arċipretali. Il-ħtieġa li dan issir ilu jinħass u kien wasal iż-żmien li nniedu dan il-proġett. L-istima tax-xogħol hi ta 27,000 euro barra i`-`zebg]a u l-materjal. Għaldaqstant napprezzaw  ħafna il-ġenerożita tagħkom.

ZAK Żurrieq

Ser isir Open Weekend is-Sibt 25 ta’ Jannar u l -Hadd 26 ta’ Jannar fiz-ZAK ZURRIEQ, li jinsab fi triq San Mikiel.  Is-Sibt 25 ta Jannar,  filghaxija ser jigi inawgurat il-ftuh mill-gdid taċ-ċentru.Il-pubbliku mistieden mis-6:00pm il-quddiem. l-Ghada l-Ħadd ser ikun miftuh mid-9:00am sa 12:00pm. Zak Zurrieq jixtieq jinforma liż-żagħżagħ li ser jagħlqu sittax il sena din is sena u zgħażagħ oħrajn sa għoxrin sena  li jixtieq jibdew jattendu,  jmorru c-centru u jħallu d-dettalji.

Quddiesa ta’ Ringrazzjament

Sotto kumitat tal-armar tas-Soċjeta Musikali Santa Katarina ser jorganizzaw quddiesa ta’ ringrazzjament fl-okkazzjoni tal-25 sena mit-twaqqif tiegħu, nhar is-Sibt li ġej fis-6.00pm fil-Knisja Arċipretali.

Tberik tal-Annimali

Il- Kunsill lokali ser jorganizza it-tberik tal-Annimali, nhar il-Ħadd li ġej quddiem il- Knijsa ta’ bubaqra wara il-quddiesa tat-8.00am.

Nitolbu Għal ħutna: Alfred Ellul u Frans Cassar li għaddew għall-ħajja ta’ dejjem matul din il-ġimgħa.

Parrocca Rabat (2)

Avviżi tal-Parroċċa – 12 ta’ Jannar 2025

Ġublew tat-Tama

Kif diġa’ ħabbarna, nhar il-ġimgħa li ġej ser niċċelebraw il-bidu tas-Sena tal-Ġublew flimkien bħala kommunita’. Dakinhar il-knisja tkun magħluqa wara nofsinhar, u kulħadd mistieden jinġabar ħdejn il-knisja ta’ San Ġakbu, għas-6.45pm, li fiha ser nimxu f’pelegrinaġġ penitenzzjali qasir lejn il-knisja, u wara d-dħul fil-Knisja mil-bieb il-kbir, nkomplu bil-quddiesa. It-tfal li ser jagħmlu l-preċett din is-sena huma mistiedna jġibu xemgħa magħhom.

Laqgħa ta’ Padre Pio: Nhar it-Tlieta fil-5.30pm fil- Kappella ta’ San Gakbu.

Proġetti Kapitali:

  • Restawr tal-Pulptu tal-Knisja Arċipretali (1669)

Matul il-ġranet li ġejjin ser jibda’ ix-xogħol fuq ir-restawr tal-Pulptu tal-Knisja Arċipretali. Ix-xogħol tar-Restaraw ser issir mill-Kumpanija Atelier del Restauro. Dan il-proġett se jkun sponsorjat fl-intier tiegħu mill- BOV.

  • Żebgħa tal- Knisja Arċipretali.

Fil-ġranet li ġejjin  ser jibda ix-xogħol ta’ żebgħa fil-parti t’isfel tal-Knisja Arċipretali. Il-ħtieġa li dan issir ilu jinħass u wasal iż-żmien li nniedu dan il-proġett.Għandna flus biex nibdew, napprezzaw il-ġenerożita tagħkom.

  • Progett tal-Pitturi tal-Lunetti

Sfortuantament il-Proġett tal-Pitturi tal-lunetti waqa’ lura iktar mill-stennejna . Il- Pittur inqabad b’xogħol ieħor u talabna nestendu ftit ż-żmien. Pero tagħni il-kelma li ser jaħdem fuqhom. Nittamamaw li jżomm kelmtu. Inżommkom infurmati.

Nitolbu Għal ħutna: Paul Micallef u  Mikelina Saliba li  għaddew għall-ħajja ta’ dejjem matul din il-ġimgħa.

Parrocca Rabat (2)

Avviżi tal-Parroċċa – 5 ta’ Jannar 2025

F’isem id-Dar tal-Providenza, nixtiequ nirringrazzjaw lil kulħadd għall-offerta li għamilna u ġiet

prezentata waqt il-Maratona fil-Festa ta’ Generozita’ nhar l-Ewwel tas-Sena.

Is-Somma totali kienet ta’ € 12,286.

Din is-Somma tinkludi il-ġbir li sar fil- Knsija Arċipretali (5,583), fil-Knisja tan-Nigret(€383) umill- Knisja ta’ Bubaqra (€580). Kif ukoll mill- Bukkett ta’ Mħabba fil-festa ta’ Santa Katarina(€2,286),Mill- Karus ta’ Mħabba(€754) Fl-okkazzjoni tal-50 sena mill- Ordinazzjoni ta’ Mons Carm Camilleri  2700

Laqgħa għall-anzjani, nhar it-Tnejn, se ssir fid-8.30 am, fl-oratorju tal-knisja.

Laqgħa għat-Terzjarji u devoti tal-Madonna tal-Karmnu, Nhar it-Tlieta fl-4.00pm

Ġublew tat-Tama

Lejliet il-Milied, bil-ftuħ tal-Bieb Imqaddes tal-Bazilika tal-Vatikan nfetħet is-sena tal-Ġublew tat-Tama. F’din is-sena l-knisja qed tistedinna nkunu pelegrini tat-tama. Il-Ħadd li g]adda, l-Arċisqof jiftaħ il-ġublew fid-Djoċesi tagħna fl-Imdina, b’pelleginaġġ    Fil-Parroċċa tagħna se nimmarkaw dan il-mument il-Ġimgħa 17 ta’ Jannar. Dakinhar il-quddiesa ta’ fil-għaxija tkun parti min ċelebrazzjoni ta’ talb li tibda fis-7pm. Zommu d-Data libera. Nitolbu biex din tkun sena ta’ grazzja għalina lkoll.

Fuq livell Djoċesan – Gublew tat-Tfal -illum il-Ħadd fil-5.00pm Fil- Knisja tal-Mosta.

40 sena Saċerdozju ta’ Patri Joe Buttigieg u ta’ Patri Rafael Abdilla

Illum il- Ħadd fil- quddiesa tas- 6.00pm ser niċċelebraw l-40 sena Saċerdozju ta’ Patri Joe Buttigieg u ta’ Patri Rafael Abdilla, it-tnejn mill-parroċċa tagħna. Filwqt li nawgurwlhom, tajjeb li nitolbu għalihom.

Nitolbu Għal ħutna: Gorg Cachia u  Josephine Schembri li  għaddew għall-ħajja ta’ dejjem matul din il-ġimgħa.

Ilum Il-Ġabra Speċjali tal-1 Ħadd tax-xahar b’risq il-proġetti Kapitali tal-parroċċa. Nkunu ġeneruzi!

Parrocca Rabat (2)

Avviżi tal-Parroċċa – 29 ta’ Diċembru 2024

Ġublew tat-Tama

Lejliet il-Milied, bil-ftuħ tal-Bieb Imqaddes tal-Bazilika tal-Vatikan nfetħet is-sena tal-Ġublew tat-Tama. F’din is-sena l-knisja qed tistedinna nkunu pelegrini tat-tama. Ilejla, il-Ħadd, l-Arċisqof jiftaħ il-ġublew fid-Djoċesi tagħna fl-Imdina, b’pelleginaġġ li ser jibda mir-Rabat fil 5.00pm .   Fil-Parroċċa tagħna se nimmarkaw dan il-mument il-Ġimgħa 17 ta’ Jannar. Dakinhar il-quddiesa ta’ fil-għaxija tkun parti min ċelebrazzjoni ta’ talb li tibda fis-7pm. Aktar viċin jingħataw aktar dettalji. Nitolbu biex din tkun sena ta’ grazzja għalina lkoll.

It-Tlieta  huwa l-aħħar tas-sena:

Wara il-Quddiesa tat-7.45am, Ġesu Sagramentat se jkun espost matul il-ġurnata kollha fil-Knisja Arċipretali għall-addorazzjoni tagħna. Tkun ħaġa tajba li nsibu ftit ħin mall-Mulej. Mid-9.00am sal-11.00 se jkollna saċerdot barrani għall-Qrar. Fil-5.00pm imbagħad ikollna adorazzjoni organizzata segwita’ b’quddiesa kantata fis-6.00 pm. Waqra il-Quddiesa jitkanta it-Te Deum u tingħata il- Barka Sagramentali.

  • Fil-kappella tan-Nigret ikun hemm quddiesa u Te Deum fil-5.30 pm.
  • Fil-kappella ta’ Bubaqra ikun hemm ukoll quddiesa u Te Deum fis-6.30 pm.

L-Erbgħa l-Ewwel tas-sena, Festa Ta’ Omm Alla,  u Jum il-Paċi, il-quddies kollu jkun bħal dak ta’ nhar ta’ Ħadd.

Festa ta’ Ġenerożità :L-Ewwel tas-Sena, tiġi ċċelebrata Festa ta’ Ġenerożità b’risq id-Dar tal-Providenza; dak inhar ikun hemm Open Day u ġbir ta’ fondi għal din id-Dar li tagħti ħafna mħabba u kenn lil persuni b’diżabilità u li tiddependi mill-Providenza u mill-imħabba tagħna. Il-ġbir li se jsir lejlet u fl-Ewwel tas-Sena se jkun bħala offerta għall-istess skop. Nkunu Ġeneruzi.

Wirja ta’ Presepji :Infakkru fil-wirja  ta’ presepji fil-Kappella ta’ Sant’ Andrija (tax-Xarolla).  Il-wirja tkun miftuħa mill-5.30pm u sas-7.30pm sa nhar it-Tlieta. Illum il-Ħadd tkun miftuħa mill-10.00 sa 12.00am.

Parrocca Rabat (2)

Avviżi tal-Parroċċa – 22 ta’ Diċembru 2024 Ir-Raba’ Ħadd tal-Avvent

Stands Ġodda: Qed ninawguraw stands ġodda fejn wieħed jista’ jesprimi d-devozzjoni tiegħu lejn Santa Katarina u jew  lejn Ommna Marija tad-Duluri. Meta wieħed jitfa’ l-offerta tiegħu, tinxtegħel xemgħa. Dawn iz-zewġt stands jikkomplementaw il-proġett tas-Siġġijiet. Fuq quddiem, imbagħad, ħdejn il-presbiterju wieħed issib ukoll kaxxa fejn fija wieħed/a jista jitfa’ offerta f’envelop skont ix-xewqa tiegħu/tagħha.  

Milied

Nhar it-Tnejn l-aħħar jum tan-Novena. Mill-4.30pm ‘il quddiem se jkun hawn saċerdot barrani għall-qrar. 

It-Tlieta huwa Lejliet il-Milied: Fis-5.30pm, tibda l-purċissjoni tal-Bambin mill-MUSEUM tas-Subien; tasal fil-knisja għas-6.45 pm fejn isiru qari ta’ poeziji u kant ta’ għanjiet tal-Milied u jittellgħu rigali għal dawk preżenti.

Fil-Knisja Parrokkjali, fil-10.45 pm, jibda r-recital ta’ lejliet Milied imtella’ mill- Muzew tal-Bniet;  fil-11.45 ssir it-translazzjoni bil-Bambin, il-priedka mit-tfal u l-konċelebrazzjoni solenni tal-Lejl tal-Milied. Fil-knisja tan-Nigret: fid-9.00 pm ssir ir-reċta tal-Milied mit-tfal u fl-10.00 pm l-quddiesa tal-Lejl tal-Milied.Fil- knisja ta’ Bubaqra: fit-8.00 pm jibda programm ta’ għanjiet tal-Milied, pageant u l-prietka tat-tfal; fl-10.00 pm issir il-quddiesa tal-Lejl tal-Milied.

L-Erbgħa hija l-Festa Solenni tal-Milied: Il-ħin tal-quddies ikun bħal nhar ta’ Ħadd.

Bejgħ ta’ Christmas logs u ħelu marbut mall-Millied: llum (Għada) il-Ħadd, iż-żgħażagħ tal-Youthfusion se jkunu fuq iz-zuntier ibiegħu Christmas logs u ħelu marbut mall-Millied.

Lotterija: It-tim tal-fundraising qed jorganizza lotterija b’ risq proġetti tal-parroċċa. Ikona moderna tan-Natività.

Attivita’ “MINN QALB IŻ-ŻRIERAQ”: Infakkru fl-attività MINN QALB IŻ-ŻRIERAQ li qed issir bħalissa f’Misraħ ir-Repubblika mill-Għaqda Karmelitana Banda Queen Victoria b’risq id-Dar tal- Providenza. Inħeġġu lil kulħadd biex ngħinu bid-donazzjoni tagħna.

Infakkru wkoll li, il-Ħadd filgħodu, se jsir l-għoti tad-demm ħdejn il-Kunsill Lokali mis-8.30 am sas-1.00 pm

Ikla fid-day Centre nhar it-28 ta’ Dicembru għar-romol jew dawk li jgħixu waħedhom Iktar infiormazzjoni mill-Kunsill Lokali.

 

Nitolbu għal ħutna:  Paul Bugeja  u  Michael Abela mill-parroċċa tagħna li għaddew għall-ħajja ta’ dejjem  Agħtihom o Mulej.

Parrocca Rabat (2)

Avviżi tal-Parroċċa – 15 ta’ Deċembru 2024

Novena tal-Milied

Illum (Għada), il-Ħadd tibda n-novena tal-Milied: Infakkru li għal matul in-Novena, ħdejn l-artal hawn qfief fejn jistgħu jitpoġġew oġġetti ta’ ikel biex jitqassmu lill-familji fil-bżonn tal-parroċċa. Nirringrazzjawkom bil-quddiem.

Imbagħad, matul din il-ġimgħa il-Quddiesa ta’ filgħaxija tkun animata mill-għaqdiet tal-parroċċa kif ġej:

  • it-Tnejn, mill-Kor Parrokkjali Cantate Domino, mit-Terzjarji Karmelitani u l-Leġjun ta’ Marija;
  • it-Tlieta, mill- Azzjoni Kattolika u Grupp Padre Pio;
  • l-Erbgħa,mill- Youthfusion;
  • il-Ħamis, mill-Grupp Kariżmatiku u mill-Kummissjoni Djakonija;
  • il-Ġimgħa: mill-Ministri tat-Tqarbin u Kummissjoni Liturgija.

Kunċert ta-Milied: Gaudete: An Italian Christmas

Il-Kor Cappella Sanctae Catharinae se jtella’ kunċert tal-Milied fil-Knisja Arċipretali: Gaudete: An Italian Christmas, nhar il-Ġimgħa li ġej fis-7.30pm. Kulħadd hu mistieden.

Tberik tal-Bambini: Il-Ħadd , 22 ta’ Dic:  it-tfal huma mistiedna jġibu magħhom il-Bambin jew presepju biex inberkuhom fil-quddies ta- 830am u tad-930am

Ogħti tad-Demm: nhar il-Ħadd mit-8.30am sas-1.00pm: Ħdejn il-Kunsill lokali

Wirja ta’ Presepji

Wirja il-Kappella ta’ Sant’ Andrija,(tax-Xarolla). Din il-wirja qed tigi mtella minn grupp ta’ dilettanti ta’ presepji bil-kolaborazzjoni tal-parrocca u tal-kunsill lokali. Il-wirja ħa tiftaħ minn nhar il-Ħadd 15 ta’ Dicembru mill-5.30pm u sas-7.30pm. IL wrija se tibqa’ mifruħa sal-31 ta’ Diċembru.  Dħul huwa b’xejn. Aktar dettalji tistgħu ssibuhom fuq il-paġa ta’ facebook: Wirja Presepji Zurrieq.

It-tim tal-fundraising qed jorganizza lotterija b’ risq proġetti tal-parroċċa. Natività sabiħa.

NItolbu għal oħtna  Carmela Bartolo mill-parroċċa tagħna li għaddiet għall-ħajja ta’ dejjem  Agħtiha o Mulej.

Parrocca Rabat (2)

Avviżi tal-Parroċċa – 8 ta’ Deċembru 2024

Progett Siġġijiet Ġodda fil- Knisja Arċipretali

Nirringrazzjaw lill-benefatturi kollha li għenu  finanzjarment f’dan il-proġett.  Ħajr ukoll lil dawk li għenu fit-tindif u ġġar tal-bankijiet  matul din il-ġmgħa u tat-tqegħid tas-siġġijiet il-ġodda f’posthom. Issa importanti li nibżgħu għalihom biex jitgawdew minna u mill-ġenerazzjoni li tiġi warajna.

Il-Kappillan u l-Komunita tal- Parroċċa tas-Swatar ukoll jirringrazzjaw lil-Parroċċa tall-bankijiet li għaddejnielhom.

Festa tal-Kunċizzjoni – 8 ta’ Diċembru  , fil-kappella  tan-Nigret,illum fil-5.00pm jingħad ir-rużarju u fis-5.30pm, quddiesa kantata bil-prietka minn Dun Mario Mangion

Il-Kummissjoni Djakonija se torganniza  l-attivita’ “Ngħidu Kelma Flimkien” għall-persuni li jgħixu waħedhom, nhar il-Ġimgħa li ġej. Din l-attivita ser titella’  fir-residenza tal-Arċipriet fil-5.30pm. Ma jonqosx li nieħdu xi ħaġa flimkien. Din l-attivita hi miftuħa kemm għall-irġiel kif ukoll għan-nisa. Min hu interessat importanti li jħalli ismu fis-Sagristija jew mall-Arċipriet.

Laqgħa ta’ talb Stil Taize, Nhar il- Ġimgħa fis-7.00pm fil-Kappella ta’ San Ġakbu. Kulhadd hu mistieden.

Wirja ta’ Presepji

Se jkun hawn  wirja ta’ Presepji fil- Knisja Arċipretali mtella miid-diretttorat tal-Kultura, fejn se jkunu esebiti 10 presepji , ħafna minnhom miż-Żrieraq.  Wirja oħra se ssir  fil-Kappella ta’ Sant’ Andrija,(tax-Xarolla). Din il-wirja qed tigi mtella minn grupp ta’ dilettanti ta’ presepji bil-kolaborazzjoni tal-parrocca u tal-kunsill lokali. Il-wirja ħa tiftaħ minn nhar il-Ħadd 15 ta’ Dicembru mill-5.30pm u sas-7.30pm,  Dħul huwa b’xejn. Aktar dettalji tistgħu ssibuhom fuq il-paġa ta’ facebook: Wirja Presepji Zurrieq.

NItolbu għal ħutna  Anna Pace, u Giuzeppi Atanasio u Doris Mifsud. mill-parroċċa tagħna li għaddew għall-ħajja ta’ dejjem  Agħtiha o Mulej.

Parrocca Rabat (2)

Avviżi tal-Parroċċa – 1 ta’ Deċembru 2024

Il-Fratellanza tas-Santissmu Sagrament u l-Qalb ta Ġesu ser tfakkar gheluq l-20 sena mill-mewt ta’ Dun Salv Farrugia kif ukoll tiftaħ l-anniversarju tal-450 sena mit-twaqqif tal-istess Fratellanza b’permezz ta’ quddiesa li ser issir il-lejla (Ħadd) fis-6:30pm ġewwa l-Knisja ta’ Bubaqra.

Festa tal-Kunċizzjoni – 8 ta’ Diċembru  , fil-kappella  tan-Nigret, tkompli n-novena: filgħodu, qabel il-quddiesa jingħadu r-rużarju u l-kurunella u fil-5.00pm jingħad ir-rużarju. IL- Ħadd, jum il-Festa:  fil-5.30pm jingħad ir-rużarju u fis-6.00pm, quddiesa kantata bil-prietka minn Dun Mario Mangion

Il-Kummissjoni Djakonija se torganniza attivita’ “Ngħidu Kelma Flimkien” għall-persuni li jgħixu waħedhom, nhar it-13 ta’ Diċembru. Din l-attivita ser titella’  fir-residenza tal-Arċipriet fil-5.30pm. Ma jonqosx li nieħdu xi ħaġa flimkien. Din l-attivita hi miftuħa kemm għall-irġiel kif ukoll għan-nisa. Min hu interessat importanti li jħalli ismu fis-Sagristija jew mall-Arċipriet.

Laqgħat:

  • ghall-anzjani , nhar it- tnejn li ġej fit-8.30am fl- Oratorju
  • għat-Terzjarji Karmelitani, nhar it-Tlieta fl-4.00pm
  • ta’ Talb fil-Knisja ta’ Bubaqra , nghar l-Erbgħa  fis-6.30pm

Progett Siggijiet

Is-siġġijiet tal-Knisja ser jaslu nhar il-Ġimgħa filgħodu. Għallhekk f’dawn il-ġranet se nippreparaw il-knisja billi jitneħħew il-bankijiet. Nofs il-bankijiet se jinżammu mill-parroċċa u se jitqedu fis-Sala ta’ taħt l-oratorju u fill-kappelli fejn hemm bżonn,  filwaqt li nofs l-ieħor se jingħataw lill-Parroċċa tas-Swatar. Ser ikollna bżonn l-għajnuna ta’ xi whud minnkom biex iniżżlu il-bankijiet fis-sala t’isfel. Għalhekk min lest li jgħin javviċina lill-Arċipriet. Il-Ħamis u il- ġimgħa se jsir it-tindif tal-Knisja. Il- Voluntirera li diġa offrew li jgħinu fit-tindif  huma mitluba li jiġu. Niskuzaw ruħna jekk se jkollna ftit inkonvenjent pero konvint li wieħed jifhem.

Pedestall Santu Rokku: Ir-Rettur tal-Fratellanza ta’ Santu Rokku javża li ser issir restawr fuq il- pedestall. Kull min jixtieq jagħti xi donazzjoni għal dan il- proġett hu mitlub li javviċina lir-Rettur, lill-Arċipriet u jew lis-Sagristan. Importanti li tingħata rċevuta.

Gurnata Sqallija : Dawk li ġejjin sqallijja nhar l-Erbgħa , niltaqgħu fit-3.00am ħdejn il-venda.

NItolbu għal ħutna  Rosaria Ellul u  Carmela Grima mill-parroċċa tagħna li għaddew għall-ħajja ta’ dejjem  Agħtiha o Mulej.

Parrocca Rabat (2)

Avviżi tal-Parroċċa – 24 ta’ Novembru 2024

Festa Liturgika ta’ Santa Katarina

Għada it-Tnejn, niċċelebraw il-festa liturġika tal-Patruna tal-parroċċa tagħna, Santa Katarina. Fil-5.30 pm għasar u fis-6.00 pm quddiesa konċelebrata mexxija Minn Mons Charles Attard, bil-paniġierku mill- Patri Alan Adami OP; wara ssir purċissjoni fil-knisja, reposizzjoni tar-relikwija u tingħata l-Barka Sagramentali. Iċ-ċelebrazzjonijiet ikunu animati mill-Kor Parrokkjali Cantae Domino u l-mużika ta’ lejliet u nhar il-Festa tkun taħt it-tmexxija ta’ Patri Anton Briffa.

Nhar it-Tnejn, l-uffiċċju parrokkjali ma jkunx miftuħ.

Assemblea Parrokkjali

Nhar il-Ħamis se ssir l-Assemblea Parrokkjali li se jkollha bħala suġġett Il- Ġublew tat-Tama. Se ssir fil-knisja arċipretali: fis-6.45 pm . Se jkollna intervent minn Fr Mark Sultana, professur tal- filosofija u diresttur Spiritwali tas-Seminaristi. Ikun hemm ħin għad-diskussjoni.

Avvent

Nhar il-Ħadd nagħtu bidu għaż-żmien tal-Avvent, fil-quddies tat-Tfal tat-8.30am u tad-Toddlers ikollna t-tberik tal-girlandi tal-avvent. Għalhekk inħeġġu it-Tfal jagħmlu Ġirlanda sempliċi u jġibuha magħhom.

Il-Fratellanza tas-Santissmu Sagrament u l-Qalb ta Ġesu ser tfakkar gheluq l-20 sena mill-mewt ta’ Dun Salv Farrugia kif ukoll tiftaħ l-anniversarju tal-450 sena mit-twaqqif tal-istess Fratellanza b’permezz ta’ quddiesa li ser issir nhar il-Ħadd 1 ta’ Diċembru fis-6:30pm ġewwa l-Knisja ta’ Santa Marija ta’ Bubaqra. Inħeġġu lil kulħadd biex jattendi b’mod specjali lil membri tal-Fratellanza.

Tilqima Staġonali: Nhar Ħamis tingħata t-tilqima Staġonali ġewwa il-Berġa tas-Saħħa. Min hu interessat jinkiteb il-Kunsill Lokali sa nhar l-Erbgħa.

Nitolbu għal ħutna Josephine Zammit u  Cikku Attard mill-parroċċa tagħna li għaddew għall-ħajja ta’ dejjem  Agħtiha o Mulej.