Parrocca Rabat (2)

Avviżi tal-Parroċċa – 9 ta’ Gunju 2024

Mons. Dun Karm Camilleri – 50 Sena Saċerdot

Infakkru fil-Quddiesa Solenni ta’ Radd il-Ħajr li ser jiċċelebra Dun Karm Camilleri fl-okkażjoni tal-50 Anniversarju mill-Ordinazzjoni Saċerdotali tiegħu, illum il-Ħadd fis-6.00pm. Kulħadd hu mistieden. Flok rigali tista’ tingħata offerta lill-Arċipriet għad-Dar tal-Providenza. Wara I-Quddiesa kulħadd huwa mistieden biex inkomplu naqsmu l-ferħ tagħna flimkien waqt riċeviment fil-bitħa tal-Oratorju.

Polza reffiegħa tal-Vara tal-Madonna tal-Karmnu

Nhar il-Ġimgħa li ġej, fis-6.00pm fl-oratorju membru minn kull grupp hu mistenni li jkun preżenti.

Konsulta Fratellanza ta’ Santu Rokku

Nhar il-Ġimgħa fis-7.00pm fl-oratorju. Fratelli huma mistennija li jattendu.

Pellegrinaġġ

Marbut mall-Festa tal- Madonna tal- Karmnu nhar it-Tlieta 18 ta’ Ġunju fil- knisja tal-Madonna ta’ Loretu fil-Gudja. Trasport minn ħdejn il-venda fis-6.00pm. Min hu interessat ikellem lil xi membru tal-fratellanza sa nhar il- Ġimgħa.

Proġett Siġġijiet Ġodda fil-Knisja Arċipretali

Nixtiequ nirringrazzjaw lil dawk li qed jikkontribwixxu fil-proġett  tas-siġġijiet ġodda għall-Knisja Arċipretali.  Il-flus li nġabru matul din il-ġimgħa jammontaw għal 4,110 euro. Nirringrazzjawkom. Min jixtieq jgħin f’dan il-proġett  billi jisponsorja xi siġġu u jew jagħti xi donazzjoni  hu mitlub li javviċina lill-Arċipriet.

Nitolbu għar-ruħ ta’ Carmelo Camilleri   li għadda  għall-ħajja ta’ dejjem matul din il-ġimgħa: Agħtih o Mulej.

Parrocca Rabat (2)

Avviżi tal-Parroċċa – 2 ta’ Gunju 2024

Festa ta’ Corpus

Illum, il-Ħadd niċċelebraw is-Solennità tal-Ġisem u d-Demm ta’ Kristu – il-festa ta’ Corpus. Fis-6.00pm issir quddiesa konċelebrata bis-sehem tal-kor parrokkjali u wara purċissjoni bis-S.S. Sagrament li tgħaddi mix-Xarolla. It-tfal tal-Ewwel Tqarbina huma mistiedna jieħdu sehem.

Laqgħat : 

  • għall-anzjani, nhar it-Tnejn . Imexxi l- laqgħa s-Sup Leli Curmi.
  • ta’ Talb fil-knisja ta’ Bubaqra fis-7.15pm.

Nhar il-Ġimgħa niċċelebraw il-festa tal-Qalb ta’ Ġesù.

  • It-Tlieta, l-Erbgħa u l-Ħamis ikunu ġranet ta’ kwaranturi: Ġesù Ewkaristija jkun espost għall-adorazzjoni tagħna minn wara l-quddiesa tat-7.45am sa qabel il-quddiesa ta’ filgħaxija. (il-Kappella ta San Ġakbu tkun magħluqa). Fis-6.30pm, Quddiesa minn Fr Dillon Bugeja. Matul dawn il-ġranet ikun hemm adorazzjonijiet organizzati.
  • Il-Ġimgħa, Ġesù Sagramentat ikun espost matul il-ġurnata; imbagħad, fil-5.00pm, adorazzjoni mill-Fratellanza tas-Sagrament u l-Qalb ta’ Ġesù; fis-6.00pm, kant tat-Tieni Għasar, fis-6.30pm, quddiesa konċelebrata minn Mons. Karm Camilleri u wara purċissjoni bis-S.S. Sagrament li tgħaddi mit-toroq tas-soltu. It-tfal tal-Ewwel Tqarbina huma mistiedna jieħdu sehem.

Mons. Dun Karm Camilleri – 50 Sena Saċerdot

Mons. Dun Karm Camilleri jixtieq jistieden lil kulħadd, familjari, qraba u ħbieb, lill-Kumitati Każini tal-Baned, Sindku u Kunsill Lokali, Għaqdiet Reliġjużi, Fratellanzi u Soċjetajiet ċivili li hawn fil-Parroċċa għall-Quddiesa Solenni ta’ Radd il-Ħajr li ser jiċċelebra fl-okkazjoni tal-50 Anniversarju mill-Ordinazzjoni Saċerdotali tiegħu  nhar il-Ħadd 9 ta’ Ġunju fis-6.00pm. Kulħadd għandu jkun f’postu kwarta qabel. Mhux ser jintbagħtu inviti. Flok rigali tista’ tingħata offerta lill-Arċipriet għad-Dar tal-Providenza. Wara I-Quddiesa kulħadd huwa mistiedem biex inkomplu naqsmu l-ferħ tagħna flimkien waqt riċeviment fil-bitha tal-Oratorju.

Proġett Siġġijiet Ġodda fil-Knisja Arċipretali

Nixtiequ nirringrazzjaw lil dawk li qed jikkontribwixxu fil-proġett  tas-siġġijiet ġodda għall-Knisja Arċipretali.  Il-flus li nġabru matul din il-ġimgħa jammontaw għal 3,150 euro. Nirringrazzjawkom. Min jixtieq jgħin f’dan il-proġett  billi jisponsorja xi siġġu u jew jagħti xi donazzjoni  hu mitlub li javviċina lill-Arċipriet.

IL-Fratellanza tal-Karmnu ser  tibda tiġbor donazzjonijiet għall-festi interni tal-Festa tal- Madonna tal-Karmnu. Tingħata rċevuta uffiċjali għal kull donazzjoni.

Nitolbu għar-ruħ ta’ Klara Bonanno u Ninu Camilleri li għaddew  għall-ħajja ta’ dejjem matul din il-ġimgħa: Agħtihom o Mulej.

Parrocca Rabat (2)

Avviżi tal-Parroċċa – 26 ta’ Mejju 2024

L-Ewwel Tqarbina

Għada l-Ħadd, inkomplu biċ-ċelebrazzjonijiet tal-Ewwel Tqarbina liċ-ċkejknin tagħna f’quddiesa li se ssir fl-4.30pm. Infakkru li l-quddiesa tal-lejla tkun fis-6.30pm minflok fis-6.00pm. Tajjeb ukoll li nżommu lil dawn iċ-ċkejknin f’talbna. 

 

Taize Meeting – Nhar it-Tnejn, fis-7.30pm fil-Kappella ta’ San Ġakbu. Kulħadd mistieden. 

 

Festa tal-Qalb ta’ Ġesù fin-Nigret

Nhar il-Ġimgħa se ssir il-festa tal-Qalb ta’ Ġesù fin-Nigret. Għalhekk nhar it-Tlieta, l-Erbgħa u l-Ħamis ikunu jiem ta’ tridu bi tħejjija: Fil-5.30pm ikun hemm rużarju  u fis-6.00pm, Quddiesa mmexxija minn Fr Dillon Bugeja. 

Nhar il-Ġimgħa fis-6.45am issir il-quddiesa li fiha jsir it-tiġdid tal-voti mis-Sorijiet u wara adorazzjoni sal-11.30am. Fil-5.30pm Rużarju u fis-6.00pm quddiesa  mmexxija mill-Arċipriet Fr Daniel Cardona. Wara l-quddiesa, issir il-Purċissjoni bis-S.S. Sagrament li tgħaddi mit-toroq taż-żona. Inħeġġu lit-tfal tal-Ewwel Tqarbina u lill-Fratelli tas-Sagrament biex jieħdu sehem.

 

Festa ta’ Corpus

Nhar il-Ħadd niċċelebraw is-Solennità tal-Ġisem u d-Demm ta’ Kristu – il-festa ta’ Corpus. Fis-6.00pm issir quddiesa konċelebrata bis-sehem tal-kor parrokkjali u wara purċissjoni bis-S.S. Sagrament li tgħaddi mix-Xarolla. It-tfal tal-Ewwel Tqarbina huma mistiedna jieħdu sehem. 

 

Proġett Siġġijiet Ġodda fil-Knisja Arċipretali

Nixtiequ nirringrazzjaw lil dawk li qed jikkontribwixxu fil-proġett  tas-siġġijiet ġodda għall-Knisja Arċipretali. Fuq il-facebook tal-parroċċa tellajna ritratt ta’ kif se jkunu dawn is-siġġijiet. Fil-ġranet li ġejjin se nġibu wieħed biex wieħed ikun jista’ jarah.  Il-flus li nġabru f’dawn il-ġranet għal dan il-proġett hu ta’ 4,250 euro. Nirringrazzjawkom. Min jixtieq jgħin f’dan il-proġett  billi jisponsorja xi siġġu u jew jagħti xi donazzjoni  hu mitlub li javviċina lill-Arċipriet.

 

Fl-okkażjoni ta’ Jum iż-Żurrieq, ser tiġi ċċelebrata quddiesa  nhar is-Sibt li ġej fis-6.30pm. Kulħadd mistieden.

 

Parrocca Rabat (2)

Avviżi tal-Parroċċa – 19 ta’ Mejju 2024

Nirringrazzjaw lil dawk li pparteċipaw fiċ-ċelebrazzjonijiet li saru marbuta mat-tberik fiż-żoni.  Kienu mumenti sbieħ li qsamna flimkien. Ħajr lil kull min għenna fl-organizazzjoni.

 

L-Ewwel Tqarbina

Nhar is-Sibt u l-Ħadd li ġej se niċċelebraw l-Ewwel Tqarbina liċ-ċkejknin tagħna f’quddiesa li se ssir fl-4.30pm. Għalhekk il-quddiesa tal-Ħadd li ġej  se tkun fis-6.30pm minflok fis-6.00pm. Tajjeb ukoll li nżommu lil dawn iċ-ċkejknin f’talbna. 

Proġett Siġġijiet Ġodda fil-Knisja Arċipretali

Il-Ġimgħa l-oħra ħabbarna illi ser inbiddlu l-bankijiet tal-Knisja Arċipretali f’siġġijiet puliti u komdi, kif qed isir  f’xi parroċċi f’Malta u f’Għawdex. Kien hemm min inħasad ftit meta semmejna l-prezz ta’ kull siġġu (250 Euro). Però tajjeb wieħed jifhem li qed nitkellmu fuq siġġijiet apposta għall-knejjes. Ma konniex se nidħlu għal dan il- proġett kieku ma avviċinaniex benefattur li lest li jerfa’ parti sew mill-ispiża. L-ammont ta’ siġġijiet li qed naħsbu li jkollna bżonn hu ta’ 425, barra dawk tal-artal. Għalhekk qed nappellaw għall-ġenerożità tagħkom. Min jixtieq jgħin f’dan il-proġett  billi jisponsorja xi siġġu u jew jagħti xi donazzjoni  hu mitlub li javviċina lill-Arċipriet. 

 

Nitolbu għar-ruħ ta’ Dun Raymond Cassar, Karmenu Schembri u  Fredu (Gerald ) Seisun li għaddew  għall-ħajja ta’ dejjem matul din il-ġimgħa: Agħtihom o Mulej.

Parrocca Rabat (2)

Avviżi tal-Parroċċa – 12 ta’ Mejju 2024

Inkomplu bil-quddies u tberik fiż-żoni:

Żona 13: It-Tlieta: Iċ-Ċentru 14 ta’ Mejju 2024 –ħdejn is-Salib, Triq il-Kbira

 (Triq il-Kbira u l-isqaqien tagħha, Misraħ Mattia Preti, Triq il-Ħaddiema minn Mattia Preti sal-Bajjada, Toroq iċ-Ċombini, PP. Saydon, San Nikola, Bizzilla, San Pietru, San Leopoldu, Federiku, Warda, San Ġwann, San Ġorg, San Luqa, Il-Fjuri, L-Inġiniera u Burlanġasa, Sqaq San Lawrenz u L-Imdawwar Ta’ Ciantar).

Żona 14: Il-Ġimgħa: Ta’ Ciantar 17 ta’ Mejju 2024 

(Triq San Mikiel bl-isqaqien tagħha, Toroq Don Carlo DeGiovanni Inglott, Filippu Farrugia, Donato del Piano, Alpheran, Sindku, Ġorġ Sammut, Ġwanni Saliba, Borgo Maggiore, GM Callus, Ta’ Ciantar, Gregorio Durante, Espedito Deguara, Girna).

Il-Quddies f’dawn iż-żoni tiġi ċċelebrata fis-7.00pm. Min ma setax jingħaqad fiż-żona tiegħu, hu mitlub li jingħaqad f’waħda minn dawn iż-żewġ żoni. Dawn huma l-aħħar żewġ  żoni minn din l-iskema tat-tberik għal din is-sena.

Nhar l-Erbgħa huwa l-aħħar Erbgħa tal-Madonna tal-Karmnu. Fis-6.00pm jitkanta l-għasar, fis-6.30pm quddiesa bil-prietka u wara kurunella fuq l-altar tal-Madonna tal-Karmnu, jitkanta t-Te Deum u tingħata l-Barka Sagramentali. Il-quddiesa se tkun animata mill-Banda Queen Victoria.

Laqgħat:

  • Padre Pio, nhar it-Tnejn fil-5.30pm fil-kappella ta’ San Ġakbu.
  • Ta’ talb ta’ talb, nhar l-Erbgħa fis-6.30pm, fil-Knisja ta’ Bubaqra.
  • Ta’ Formazzjoni għall-Fratelli, nhar il- Ġimgħa fis-7.00pm fil-Knisja ta’ San Bert.

Illum, Jum L-Omm –Tiġi ċċelebrata quddiesa fiċ-Ċimiterju ta’ San Leon fit-3.30pm.

Proġett Siġġijiet Ġodda fil-Knisja Arċipretali

Ilna nisimgħu ilmenti fuq li l-bankijiet mhumiex komdi, b’qisin differenti, li xi wħud zlugati , għaldaqstant ħsibna li nibdluhom  f’siġġijiet pulti u sodi bħalma qiegħed isir f’diversi parroċċi f’ Malta u Għawdex. Kull siġġu se jiġi jiswa 250 euro. Sibna benefattur li lest jerfa’ parti sew mill-ispiza. Jekk hemm xi ħadd li lest li jgħin, billi jisponsorja xi siġġu hu mitlub li javviċċina lil Arċipriet. 

Nitolbu għal ruħ ta’ Giuzeppe Aquilina u Katarina Cutajar    li għadda għall-ħajja ta’ dejjem matul din il-ġimgħa: Agħtih o Mulej.

Parrocca Rabat (2)

Avviżi tal-Parroċċa – 5 ta’ Mejju 2024

Inkomplu bil-quddies u tberik fiż-żoni:

Żona 11: It-Tlieta: In-Nigret 7 ta’ Mejju  2024: Quddiesa fis-7.00pm Fil-Ġnien il-Ġibjun

(Triq il-Kunċizzjoni, Triq il-Mitħna, San Mark, Dejqa, Barrieri, Nigret, Madre Tereża Nuzzo, L-Imdawra, Wied Ganu, Wardija, Munqar, Waħx, Franzina. Mitħna tal-Qaret, Xewki, Parit, Misraħ San Ġorġ lejn it-Torri)

Żona 12: Il-Ġimgħa: 10 ta’ Mejju 2024 – Quddiesa fis-7.00pm Fi Triq Fra ĠanMarì Zammit

(Vjal l-Indipendenza minn Triq Bubaqra san-Nigret, Toroq Zacaria Roncalli, Ta’ Ciantar, G.M. Callus, Fra ĠanMarì Zammit, Torri, San Ġorġ Preca, Passju)

Laqgħa  għall-Anzjani: Nhar it-Tnejn  fid-9.00am . Imexxi l-laqgħa Carmelo Damato. Suġġett: Dimensja.

98 Anniversarju mit-Twaqqid tal-Mużew fiż-Żurrieq

Illum, il-Ħadd 5 ta’ Mejju jaħbat it-98 anniversarju mit-twaqqif tal-Museum fiż-Żurrieq. Nitolbu ‘l Alla għal iktar vokazzjonijiet Museumini mill-parroċċa tagħna u nirringrazzjaw lil Alla ta’ din is-Soċjetà fiż-Żurrieq

Festa San Ġorġ Preca

il-Ħamis 9 ta’ Mejju hija l-festa ta’ San Ġorġ Preca. Ir-Rużarju u l-quddiesa filgħaxija jkunu animati mis-Soċji tal-Museum. Wara l-quddiesa titqassam xi ħaġa tajba lit-tfal preżenti. Għall-quddiesa mistiedna t-tfal flimkien mal-ġenituri tagħhom

Il- Ħamis il-Quddiesa ta’ Filgħaxija tkun offruta għal dawk li mietu f’ April :  Karmnu Cachia, Lino Caruana, Kalcidonia Camilleri, Paul Camilleri, Paul Farrugia, Philip Farrugia, Maria Cucciardi, Maria Assunta Abela, Andreana Balzan, Katerina Seisun.

Jum L-Omm -Tiġi ċċelebrata quddiesa fiċ-Ċimiterju ta’ San Leon fit-3.30pm

Nitolbu għal ruħ ta’  Katarina Seisun li għaddiet għall-ħajja ta’ dejjem matul din il-ġimgħa: Agħtihom, o Mulej.

Parrocca Rabat (2)

Avviżi tal-Parroċċa – 27 ta’ April 2024

Inkomplu bil-quddies u tberik fiż-żoni:

Żona 9 : It-Tlieta: Taħt ir-Raħal 30 ta’ April 2024: Quddiesa fis-7.00pm Fil-Ġnien il-Bennej:  Vjal ix-Xarolla, Toroq Testaferrata, Rokku Buhagiar, De Mello, Francesco Zahra, Dun Mikiel Damato, M. Perez D’Aleccio, San Pawl, Sajjieda, Arturo Dimech, Fonzu Gauci, Kalanġ Saliba, Leli Camilleri, 23 ta’Lulju 1942.

Żona 10: Il-Ġimgħa  . Tal-Bebbux 3 ta’ Mejju 2024 – 6.30pm ( minħabba l-akkademja) Quddiesa fis-6.30pm  – Fi Triq il- Kanonku Vincenz Balzan. – It-Toroq kollha fiż-żona tal-Bebbux I u II, mit-Triq tal-Qrendi sa Triq Ħal Millieri.

Akkademja Mużiko-Letterarja fl-okkażjoni  tal-200 sena  mill- miġja tal-istatwa ta’ San Ġużepp, nhar il-Ġimgħa bil-parteċipazzjoni tal-Banda Queen Victoria fit-8.00pm. L-Akkademja se tkun taħt il-patroċinju tal-Isqof  Joe Alessandro OFM cap.

Pellegrinaġġ bl-Istawa ta’ San Ġużepp : Nhar il- Ħadd filgħaxija fis-6.00 p.m Quddiesa u wara se jiġi organizzat pellegrinaġġ bl-istatwa ta’ San Ġużepp. 

Mużew subien għal dawk li qegħdin Year 1: se jibdew mit-Tlieta 30 ta’ April bejn il-5:15pm u 5:45pm. Il-lezzjonijiet jibdew ikunu kull nhar ta’ Tlieta u l-ġenituri jistgħu jirreġistraw lit-tfal fil-Museum fi Triq San Luqa. Iktar informazzjoni fuq Facebook jew mill-Museum stess.

Adorazzjoni Ewkaristika fil- Mużew tas-Subien: Is-Sibt 4 ta’ Mejju bejn 8:30am u t-8:30pm matul il-jum ikun hemm ħafna mumenti ta’ skiet u anke ħin ta’ talb organizzat bit-talbiet ta’ San Ġorġ Preca. Dakinhar il- kappella ta’ San Ġakbu tkun magħluqa.

Katekeżi mill-Mixja Neokatekumenali ħdejn it-Terminus, nhar il-Ħadd li ġej waqt in-nofs ta’ nhar ta’ filgħodu.

Irtir Nazzjonali tat-Terzjarji Karmelitani, nhar l-10 ta’ Mejju, fil-Knisja tal-Ħniena Divina. Min hu interessat ikellem lil Carmen Farrugia.

Nitolbu għal ruħ ta’  Maria Cucciardi, Andreana Balzan u Maria Assunta Abela li għaddew għall-ħajja ta’ dejjem matul din il-ġimgħa: Agħtihom, o Mulej.

Parrocca Rabat (2)

Avviżi tal-Parroċċa – 21 ta’ April 2024

Inkomplu bil-quddies u tberik fiż-żoni:  il-quddiesa tibda fis-7.00 pm. 

Żona 7 : It-Tlieta: Bubaqra HSE 23 ta’ April 2024 – Il-quddiesa tiġi ċċelebrata fi Triq L-Arċipriet Mifsud

 (Luca Zurki, Zaccaria Roncalli, Santa Fawstina, Mitlaq, Skulturi Fabri, Isourd Xuereb, San Ċiru, Triq it-Torri, Imtali, San Porfirju, Costantinu Farrugia, Salvu Saliba, Giebja, Arcipriet Mifsud)

 

Żona 8: Il-Ġimgħa  – Sant Agata 26 ta’ April 2024 – Il-Quddiesa tiġi ċċelebrata fi Triq san Martin 

 (Triq Sant Andrija, Vincenzo Caruna, Santa Klementina, Sant Agata, Triq Dun Gejt Muscat, Vjal L-indipendenza minn Triq Sant Andrija Sa’ St. Agatha Complex, Triq San Martin minn Vjal lIndipendenza sa Sant Agata, Triq Dun Nard Mallia sal-Gżira ta’ Filfla, u Triq Ħal far, tinkludi ukoll dawk kollha li joqgħodu fil-kampanja fiż-żoni ta’ Ħal Far u l-Ħlantun.)

 

Taize’ Meeting – Nhar il-Ġimgħa fis-730pm fil- Kappella ta’ San ĠakbuVestizzjoni tal-Abbatini se ssir nhar is-Sibt li ġej fil-quddiesa tas-6.00pm fil-Knisja Arċipretali

 

Pellegrinaġġ bl-Istawa ta’ San Ġiużepp

  • Nhar il- Ħadd filgħaxija fis-6.00 p.m se jiġi organizzat pellegrinaġġ bl-istatwa ta’ San Ġużepp fl- okkażjoni tal- 200 sena mill- miġja tal- istatwa. Il- pellegrinaġġ isir wara l-quddiesa tas-6.00 pm.
  • Il- Pellegrinaġġ se jgħaddi minn : Misraħ ir-Repubblika, Triq il-Kbira, Triq San Leopoldu, Misraħ Lażżru, Triq il-Ħaddiema, Misraħ Mattia Preti u Triq P P Saydon sal-knisja.

Nitolbu għal ruħ ta’  Pawlu Farrugia u Philip Farrugia li għaddew għall-ħajja ta’ dejjem matul din il-ġimgħa: Agħtihom, o Mulej.

Parrocca Rabat (2)

Avviżi tal-Parroċċa – 14 ta’ April 2024

Inkomplu bil-quddies u Tberik fiż-żoni:  il-quddiesa tibda fis-7.00 pm. Idealment kulħadd jattendi għall-quddiesa fiż-żona indikata.:

It-Tlieta  – Ix-Xarolla 16 ta’ April 2024 – Il-Quddiesa tiġi ċċelebrata fi Ġnien l-Ewropa. 

Misraħ ir-Repubblika, Sqaq il-Ħelu, L-Iben il-ħali, Triq San Mikiel mill-pjazza sal-Bronja, Triq il-Karmnu u Triq San Bert bl-isqaqien tagħhom, Toroq it-Tjieba, Alessandru, Barċellona, Sant’Andrija, San David, u Wesgħa JM Cassar. 

Il-Ġimgħa – Ta’ Xaqqa 19 ta’ April 2024  – Il-Quddiesa tiġi ċċelebrata fi Triq Matteolo Saliba. 

Triq San Martin minn Bronja sa Vjal L-Indipendenza, Triq il-Bronja, Triq Francis Falzon, Triq is-Sienja, Triq Dun Vincenz Schembri, Triq Zimmerman Barbaro, Triq Marjanu Gerada, Triq Salvu Psaila, Triq Vincenzo Dimech, Triq it-Taħħan, Triq Dun Ġwann Camilleri, Triq Matteolo Saliba.

Katekeżijiet organizzati mill-grupp tan-Neokatekumenat

Kull Nhar ta’ Tlieta u Ħamis fis-7.30 pm. 

Laqgħa Padre Pio

Nhar il-Ħamis  fil-kappella ta’ San Ġakbu fil- 5.30 pm. 

Nitolbu għal ruħ  Michael ( Lino) Caruana u Pawlu  Camilleri li għaddew għall-ħajja ta’ dejjem matul din il-ġimgħa: Agħtihom, o Mulej.

Ilum il- Ġabra hi kollha kemm hi għall-KARITA’ – Inkunu ġenerużi.

Parrocca Rabat (2)

Avviżi tal-Parroċċa – 7 ta’ April 2024

Festa tal-Ħniena Divina

Illum il-Ħadd hija l-Festa tal-Ħniena Divina; għalhekk, fil-5.00 pm issir l-adorazzjoni tal-Ħniena Divina u wara nkomplu bil-quddiesa. 

Inkomplu bil-quddies u Tberik fiż-Żoni:  Il-quddiesa tibda fis-7.00 pm. Idealment kulħadd jattendi għall-quddiesa fiż-żona indikata:

It-Tielet Żona – Bubaqra 9 ta’ April 2024

 Misraħ Santa Marija, Triq Santa Marija, Santu Rokku, San Iljun, L-Imwieġel, E. Grech, Maria Farrugia, 15 ta’ Awwissu, Dun Salv Farrugia, Dun Salv Magri, Saverio Laferla, Luq, Midra, Ġoswalda Calleja, Gio Battista Riccio, Minġel, Nardo Sacco u Morphou, Triq Bubaqra minn Triq it-Tin lejn il-pjazza, Triq it-Torri, Sqaqien it-Torri, San Leonardu, Sant’ Antnin. 

Ir-Raba’ Żona Tal-Bambina 12 ta’ April 2024

Vjal l-Indipendenza minn Sant’Agata Complex sa Triq Bubaqra, Toroq Bubaqra, Kalanġ Bugeja, Tin, Fortunat Dalli, Hompesch, Qiegħa, Tobba Sciberras. 

 

L-Erbgħa jitkomplew L-Erbgħat tal-Karmnu. Il-quddiesa tibda fis-6.30 pm. L-Erbgħat se  jkomplihom Fr Jonathan Debattista.

 

JUM IL-KARITA : Il-weekend li ġej, il-Knisja f’Malta tiċċelebra JUM IL-KARITA: matul din il-ġimgħa se jkun hawn qfief biex fihom jitpoġġew offerti ta’ ikel għall-istituti tal-knisja; il-ġbir tal-weekend li ġej se jmur bħala offerta b’risq il-ħidma u d-djar ta’ karità li l-Knisja għandha f’pajjiżna; bl-offerta tagħna nkunu qed ngħinu tfal, żgħażagħ u familji li huma fil-bżonn u għaddejjin minn diffikultajiet. Inkunu ġenerużi.

 

Il-kap tal-iskola primarja Żurrieq jixtieq javża lil dawk il-ġenituri li għandhom tfal li twieldu fis-sena 2021 bejn Mejju u Diċembru  u jixtiequ jattendu l- iskola tal-gvern jistghu jmorru jiktbuhom. Il-ġenituri jridu jkunu preżenti t-tnejn u jġibu magħhom l-i.d. cards. 


Nitolbu għal ruħ  Emmanuele Attard, Alfred Abdilla u Charles Cachia   li għaddew għall-ħajja ta’ dejjem matul din il-ġimgħa: Agħtihom, o Mulej.