Parrocca Rabat (2)

Avviżi tal-parroċċa – 31 ta’ Marzu 2024

Quddies fiż-Żoni u Tberik 2024

Bħalma għamilna s-sena l-oħra, minn nhar it-Tlieta se nibdew il-quddies fl-14-il Żona  jsiru f’dawn ix-xahrejn li ġejjin.   F’kull żona se tkun iċċelebrata quddiesa għan-nies tal-madwar. Wara l-quddiesa, kull familja tingħata kontenitur bl-ilma mbierek u santa tat-tberik. B’hekk membru tal-familja jista’ jbierek lill-familja u d-dar.

Il-quddiesa tibda fis-7.00 pm. Qabel il-quddiesa se jkun hemm servizz tal-qrar u wara l-quddiesa mħeġġin nibqgħu ftit tal-ħin flimkien biex nitkellmu ftit bejnietna f’atmosfera soċjali. L-Arċipriet se jkun disponibbli biex min ikun irid ikellmu jkun jista’ jagħmel dan. Idealment kulħadd jattendi għall-quddiesa fiż-żona indikata, għaliex l-iskop huwa wkoll li jissaħħaħ is-sens ta’ għaqda fost il-ġirien. Pero’ jekk għal xi raġuni wieħed ma jkunx jista’, huwa mħeġġeġ jattendi f’waħda minn dawn l-attivitajiet, speċjalment f’xi żona viċina. Fl-istess ħin infakkru li dan se jkun mument għal dik iż-żona biss u mhuwiex l-iskop ta’ dawn il-mumenti li niġbru nies mill-Parroċċa kollha f’żona waħda. Il-quddies li qed isir fil-knejjes tagħna se jibqa’ jsir b’mod normali. Tradizzjonalment fit-tberik wieħed kien jagħti offerta għall-Knisja. Min irid jista’ jibqa’ jagħmel dan. Kull offerta hija apprezzata.

L-Ewwel Żona

Taħt iċ-Ċint, Nigret, Nhar it-Tlieta, li tinkludi Triq Wied Babu, Togores, Miżieb, Ġianferli’, Zondadari, Gio Batta Saydon, Franġisk Coleiro, Benedittini, Luret Zammit, Ġużepp Farrugia, u Misraħ San Ġorġ, Triq il-Kanġu, Widnet il-Baħar, Karmnu Zammit, GM Borg, Xandru D’Amato, Wied, Ferdinandu Falzon, Franġisk Bugeja, Merill, Antonia Farrugia, Qroll u Tunnara. Blue Grotto Ave. minn Wied Babu sat-Tunnara.

It-Tieni Żona

Il-Bandli  se ssir nhar il-Ġimgħa, li tinkludi Triq Carmelo Caruana, Stefano Zerafa, Triq il-Qrendi, Dun Ġużepp Zammit, Triq Santu Formosa, Triq l-Imqabba, Blue Grotto Avenue, Triq Santa Katarina u Triq il-Ħaddiem.

Jibdew L-Erbgħat tal-Karmnu

Nhar l-Erbgħa jibdew l-Erbgħat tal-Karmnu. Fis-7.00 pm jingħad ir-Rużarju u fis-6.30 pm ssir il-quddiesa, tingħad il-Kurunella u barka sagramentali. Matul l-Erbgħat ikun hawn qassis barrani għall-qrar mill-5.00 pm ’il quddiem.

Festa tal-Ħniena Divina

Nhar il-Ħadd li ġej hija l-Festa tal-Ħniena Divina; għalhekk, fil-5.00 pm issir l-adorazzjoni tal-Ħniena Divina u wara nkomplu bil-quddiesa. Inħeġġu lil kulħadd biex jieħu sehem.

Nitolbu għal ruħ Felic Grech li għadda għall-ħajja ta’ dejjem matul din il-ġimgħa:

  • Agħtih, o Mulej.

Parrocca Rabat (2)

Avviżi tal-parroċċa – 25 ta’ Marzu 2024

Qegħdin nagħtu bidu għall-Ġimgħa Mqaddsa li tfakkarna fl-akbar imħabba:

Illum (Għada) wara l-quddiesa tat-8.15 am, isir it-tberik tal-friegħi taż-żebbuġ ħdejn il-kappella ta’ San Bert u wara purċissjoni sal-knisja fejn tkompli l-quddiesa solenni ta’ Ħadd il-Palm.

Via Sagra:  It-Tnejn, wara l-quddiesa ta’ filgħaxija, issir il-festa tal-Via Sagra fil-knisja arċipretali bis-sehem tal-kor parrokkjali.

Nhar il-Ħamis huwa Ħamis ix-Xirka: Il-funzjoni tkun fis-6.00 pm. Fit-7.30 pm jibdew l-adorazzjonijiet.

Il-Ġimgħa ssir it-Tifkira tal-Passjoni u l-Mewt ta’ Sidna Ġesù Kristu: Fis-6.30 am jibdew l-adorazzjonijiet quddiem l-Ewkaristija. Fit-3.00 pm il-ħin tal-funzjoni.

Nhar is-Sibt huwa s-Sibt Qaddis tal-Għid. Il-funzjoni tkun fit-8.15 pm. Nhar is-Sibt ukoll se jkollna konfessur barrani għall-qrar mill-5.00 pm  ’il quddiem.

Il-Ħadd niċċelebraw b’ferħ kbir il-Qawmien tal-Mulej għall-ħajja. 

(Il-funzjonijiet ta’ din il-Ġimgħa Mqaddsa, fil-knisja arċipretali, ikunu animati mill-Kor Parrokkjali CANTATE DOMINO.)

It-tfal huma mistiedna jġibu l-karus ta’ mħabba li huma ngħataw għal żmien ir-randan; l-offerti miġbura jmorru b’risq id-Dar tal-Providenza.

It-Tberik tal- Figolli u l-Bajd tal-Għid jitbierku ,nhar l- Għid il-Kbir wara il-quddiesa tat 8.30am u tad-9.30am

Wirja marbuta mall-Ġimgħa l-Kbira ser ssir ġewwa l-Kappella ta’ Sant’ Andrija u l-Mitħna tax-Xarolla.

Dramm tal-Passjoni – Initium  se jittella’ fuq iz-zuntier tal-Knisja t-Tlieta 26 ta’ Marzu. Min hu interessat għall-biljetti jgħaddi l-Kunsill Lokali.

Nitolbu għal ħuna mill-parroċċa li għadda għall-ħajja ta’ dejjem din il-ġimgħa: Publius Farrugia . Agħtih, o Mulej, …

Parrocca Rabat (2)

Avviżi tal-parroċċa – 17 ta’ Marzu 2024

Din il-ġimgħa se jkollna l-aħħar kors ta’ Eżerċizzi fil-parroċċa: Se jkun għal kulħadd u jsir fil-knisja arċipretali waqt il-quddiesa tas-6.00pm u jmexxi Patri Pawl Scerri.

It-tfal huma mistiedna jġibu l-karus ta’ mħabba li huma ngħataw għal żmien ir-randan; l-offerti miġbura jmorru b’risq id-Dar tal-Providenza.

Kunċert ta’ Mużika Sagra: Nhar il-Ħamis, fis-7.30 pm fil-knisja ta’ Bubaqra, is-Soċjetà Mużikali Santa Katarina V.M. b’kollaborazzjoni mal-Arċipriet u l-Kleru għall-okkażjoni ta’ Jum id-Duluri u l-Ġimgħa Mqaddsa. Kulħadd hu mistieden.

Qrar: Bi tħejjija għall-festa tad-Duluri nhar il-Ħamis u nhar il-Ġimgħa se jkollna saċerdot barrani għall-qrar  filgħaxija mill-5.00 pm ’il quddiem.

Jum id-Duluri. Jixraq li nqaddsu dan il-jum bis-sawm jew b’xi att ta’ sagrifiċċju u billi nieħdu sehem fil-Quddiesa.

Fil-5.00 pm issir quddiesa u wara ssir il-purċissjoni bl-istatwa tad-Duluri. Minħabba xogħlijiet li għaddejjin, il-Purċissjoni ser tgħaddi minn Triq Pietru Pawl Saydon, Misraħ Mattia Preti, Triq Ġużepp Zammit, Blue Grotto Avenue (Service Road), Triq L-Imqabba, Triq il-Ħaddiema u nitilgħu lura minn Triq PP Saydon għall-Knisja.  Mad-dħul tal-purċissjoni ssir quddiesa bil-priedka bħala għeluq tal-eżerċizzi minn Patri Pawl Scerri

  • Il-quddiesa fil-knisja ta’ Bubaqra tkun fis-7.30 am.
  • Nhar il-festa tad-Duluri, l-Uffiċċju Parrokkjali ma jkunx miftuħ.

Mid-Duluri sal-Ġimgħa l-Kbira għandha tkun għalina Ġimgħa ta’ Sagrifiċċju: Aħna mistiedna biex bil-flus li niffrankaw ngħinu lil ħutna fil-bżonn; għalhekk ħdejn il-bibien tal-knisja se jkun hemm kaxxi biex fihom inpoġġu offerti ta’ flus għall-Assistenza Soċjali tal-Azzjoni Kattolika; bl-offerti tagħna, aħna nistgħu nkunu dawl għal ħaddieħor li jkun fil-bżonn.

Nhar il-Ħadd nagħtu bidu għall-Ġimgħa Mqaddsa u niċċelebraw it-tifkira solenni tad-Daħla ta’ Ġesù f’Ġerusalemm. Fid-8.15 am isir it-tberik tal-friegħi taż-żebbuġ ħdejn il-kappella ta’ San Bert u wara, purċissjoni għall-knisja arċipretali fejn tkompli l-quddiesa solenni li tkun bil-qari tal-Passju.

Wirja marbuta mall-Ġimgħa l-Kbira ser ssir ġewwa il-Kappella ta’ Sant’ Andrija u l-Mitħna tax-Xarolla.

Dramm tal-Passjoni – Initium  se jittella’ fuq iz-zuntier tal-Knisja t-Tlieta 26 ta’ Marzu. Min hu interessat għall-biljetti, jgħaddi l-Kunsill Lokali.

Parrocca Rabat (2)

Avviżi tal-parroċċa – 10 ta’ Marzu 2024

Il-Kummissjoni Djakonija

Infakkru li ħarġu  “Referral Applications” mill-Kummissjoni Djakonija,  li wieħed hu nkoraġġut li jimla jekk persuna hi f’xi bżonn u jew jekk jiltaqa’ ma’ xi ġar jew xi ħadd li jħoss li bħala kummissjoni jkunu jistgħu jkunu ta’ għajnuna. L-applikazzjonijiet jiġu miġbura mill-Arċipriet li jieħu ħsieb li jikkuntattja lil dawk li ġew riferuti. Jekk dawn jaċċettaw, il-każ tagħhom jiġi studjat mill-kummissjoni biex  jaraw kif  jistgħu jkunu ta’ għajnuna.

Infakkru fil-Korsijiet  ta’ Eżerċizzi li se jibdew minn nhar it-Tnejn:

Għall-koppji – Fil-Knisja Arċipretali fis-6:30pm , wara l-quddiesa ta’ filgħaxija u se jmexxihom Fr Kevin Schembri.

Għal Kulħadd fil-Kappella tan-Nigret:  fis-6:00 pm waqt il-quddiesa.  Imexxi Fr Joe Galea. (Fil-Kappella tan-Nigret minn nhar it-Tnejn sa nhar il-Ġimgħa ma ssirx il-quddiesa ta’ filgħodu).

Via Sagra fit-Toroq ta’ Bubaqra

Via Sagra fit-toroq ta’ Bubaqra nhar l-Erbgħa 13 ta’ Marzu fis-6:30 p.m. Il-Via Sagra tibda mill-Knisja ta’ Bubaqra. Il-Via Sagra qed tkun ikkoordinata mill-Kumitat Pastorali ta’ Bubaqra flimkien ma’ Youthfusion Żurrieq. F’każ li jkun il-maltemp il-Via Sagra ssir fil-Knisja.

( Toroq  tal-Via Sagra:  Triq ir-Rettur Dun Salv Farrugia, Bubaqra, it-Tin, Zaccaria Roncalli, it-Torri, Santa Fawstina, San Ċiru, l-Imtali, it-Torri, Misraħ Santa Marija, Triq Santa Marija u tispiċċa fil-Knisja. Inħeġġu lir-residenti minn fejn ser tgħaddi l-Via Sagra biex joħorġu xemgħat quddiem djarhom. Inħeġġukom tattendu u ġġibu xemgħa magħkom. )

Taize Meeting – Nhar il-Ħamis 14 ta’ Marzu fis-7:30pm fil-Kappella ta’ San Ġakbu. Kulħadd mistieden.

Lotterija – It-tim tal- Fundraising qed ibigħ xi biljetti għall-istatwa ta’ Kristu Rxoxt b’risq  l-inizzjattiva tal-Parroċċa.

Nitolbu għal ħutna li għaddew għall-ħajja ta’ dejjem matul din il-ġimgħa, Joseph Zahra, Ġużeppa Farrugia, Mary Seisun u Joseph Psaila . Agħtihom o Mulej…

Parrocca Rabat (2)

Avviżi tal-parroċċa – 3 ta’ Marzu 2024

Il-Kummissjoni Djakonija

Fil-ġranet li għaddew reġgħet twaqqfet mill-ġdid il-Kummissjonio Djakonija li tikkonsisti minn 10
membri mill-kommunita’ tagħna u li se tkun imexxija mill-Arċipriet. Waħda mill-missjonijiet ta’
din il- Kummissjoni hi li tiddentifika lil min hu verament fil-bżonn mill-kommunita’ territorjali
tagħna. Biex isir dan għandna bżonn ukoll l-għajnuna tagħkom. Għaldaqstant fil-ġranet li ġejjin se
jkollna “Referral Applications” li wieħed hu nkoraġġut li jimla’ jekk persuna hi f’xi bzonn u jew
jekk jiltaqa’ ma xi ġar jew xi ħadd li jħoss li bħala kummissjoni nkunu nistgħu nkunu ta’
għajnuna. L-applikazzjonijiet jiġu miġbura mill-Arċipriet li jieħu ħsieb li jikkuntatja lil dawk li ġew
riferuti. Jekk dawn jaċċettaw, il-kaz tagħhom jiġi studjat mill-kummissjoni biex jaraw kif jistgħu
ikunu ta’ għajnuna.

Laqgħat

Għall-Anzjani – Nhar it-Tnejn fid-9.00am fl-Oratorju. Imexxi il-laqgħa Felix Schembri.

Għat-Terzjarji Karmelitani – Nhar it-Tlieta fil-Knisja Arciprtetali fl-4.00pm.

Padre Dio – Nhar il- Ġimgħa fil- 5.30pm fil-Kappella ta’ San Gakbu.

Infakkru fil- Korsijiet li jmiss ta’ Ezercizzi spiritwali se jkunu hekk

  • Għal Kulħadd fil-Kappella tan-Nigret: 11-15 ta’ Marzu. Il-prietki jkunu fis-6.00 pm
    waqt il-quddiesa. Imexxi Fr Joe Galea.
  • Għall-koppji – Bejn il 11 u 15 ta’ Marzu wara il- quddiesa ta’ filgħaxija u se
    jmexxiehom Fr Kevin Schembri.
  • Kors ieħor għal kulħadd se jkun organizzat bejn 18 u 22 ta’ Marzu – u jisru waqt il-
    quddiesa ta’ filgħaxija u se jmexxiehom Patri Alfred Scerri.

Kors ta’ Ezercizzi għall-Persuni Separati – Fil-Kurja tal-Arċisqof se jsir ukoll kors għall-Persuni
separati bejn il 11 u 15 ta’ Marzu fis-7.30pm.

Konsulta tal-Fratellanza ta’ San Ġużepp – Nhar il-Ġimgħa fis-6.30pm fl- Oratorju. Il-Fratelli
mistennija li jattendu.

Kwareżimal u lotterija – It-tim tal-Fundraising qed ibiegħu Kwarezimal fuq iz-Zuntier tal-
Knisja b’risq diversi inizzjattivit għall-parroċċa. Kif ukoll qed jinbiegħu xi biljetti għall-Statwa
tal-Kristu Rxoxt b’risq l-istess għan.

Nitolbu għall-oħtna li għaddiet għal ħajja ta’ dejjem matul din il-ġimgħa, Marianna Bellizzi.
Agħtiha oh Mulej…

Illum Ġabra Speċjali għall-Proġetti Kapitali tal- Parroċċa.

Parrocca Rabat (2)

Avviżi tal-parroċċa – 25 ta’ Frar 2024

Randan

Ħaġa sabiħa li f’dan iż-żmien nippruvaw insibu ħin biex nieħdu sehem f’xi kors
ta’ eżerċizzi.

Il-Korsijiet li jmiss ta’ Ezercizzi spiritwali se jkunu hekk

  • Għal Kulħadd fil-Kappella tan-Nigret: 4-8 ta’ Marzu. il-prietki jkunu fis-
    6.00 pmwaqt il- quddiesa. Imexxi Fr Joe Galea
  • Għall-koppji – Bejn il 11 u 15 ta’ Marzuv wara il- quddiesa ta’ filgħaxija u
    se jmexxiehom Fr Kevin Schembri.
  • Kors ieħor għal kulħadd se jkun organizzat bejn 18 u 22 ta’ Marzu – u
    jisru waqt il- quddiesa ta’ filgħaxija u se jmexxiehom Patri Alfred Scerri.

Il-Ġabra għas-Seminarju li saret fi tmiem il- ġimgħa l-oħra laħqet is- somma ta’
€2,000. F’isem ir-Rettur tas-Seminarju u s-Seminaristi nirringrazzjawkom tal-
ġenerożita’ tagħkom.

Nitolbu għall-ħuna li għadda għal ħajja ta’ dejjem matul din il- ġimgħa, George
Mangion. Agħtih oh Mulej…