Avviżi tal-Parroċċa
2 ta’ April 2023
Qegħdin nagħtu bidu għall-Ġimgħa Mqaddsa: Il-funzjonijiet ikunu animati mill-Kor Parrokkjali CANTATE DOMINO
It-Tnejn, wara l-quddiesa ta’ filgħaxija, issir Via Sagra Solenni fil-knisja Arċipretali.
Ħamis ix-Xirka:
Il-funzjoni tkun fis-6.30pm.
Fit-8.00pm jibdew l-adorazzjonijiet quddiem Ġesù Sagramentat.(Kummissjoni Liturġija)
Fid-9.00pm: adorazzjoni mmexxija mill-fratellanzi tal-parroċċa.
Il-viżti u l-adorazzjonijiet jibqgħu għaddejjin sa 12.00am.
Il-funzjoni fil-kappella tan-Nigret tkun fis-6.00pm u fil-knisja ta’ Bubaqra fis-6.30 pm.
Il-Ġimgħa ssir it-Tifkira tal-Passjoni u l-Mewt ta’ Sidna Ġesù Kristu.
Fis-6.30am jibdew l-adorazzjonijiet.
Fit-8.00am tingħad it-talba tal-Uffiċċju tal-Qari u t-Tifħir ta’ Sbiħ il-Jum immexxija mis-saċerdoti.
Fid-9.00am adorazzjoni mmexxija mill-membri tal-MUSEUM.
Fl-10.30am adorazzjoni mmexxija miż-żewġ għaqdiet mużikali tal-parroċċa.
Fil-knisja Arċipretali, fil-kappella ta’ Bubaqra u fil-kappella tan-Nigret, il-ħin tal-funzjoni jkun fit-3.00pm.
Is-Sibt Qaddis tal-Għid: Fil-knisja Arċipretali, fil-kappella ta’ Bubaqra u fil-kappella tan-Nigret, il-ħin tal-funzjoni jkun fit-8.00pm.
Il-Ħadd: L-Għid il-Kbir:
Il-quddies ikun kollu bħal ta’ nhar ta’ Ħadd. (Wara ż-żewġ quddisiet tat-tfal, dik tat-8.30am u dik tad-9.30am jsir it-tberik tal-figolli)
Laqgħa għall-Anzjani: nhar it-Tnejn, fid-9.00am fl-Oratorju. Imexxi s-Sur Felix Schembri.
Laqgħa tat-Terzjarji Karmelitani u devoti tal-Madonna: nhar it-Tlieta fl-4.00pm fil-knisja Arċipretali.
Fundraising
- Ħarġa għal Għawdex: nhar is-Sibt, 15 ta’ April. Min hu interessat ikellem lil xi ħadd tal-Grupp tal-Fundraising.
- Inedejna wkoll lotterija – Salib Kbir ibbanjat bil-fidda.
Il-ġabra għas-seminarju kienet ta’ €1,700.
Nitolbu għal ħutna: Vincent Darmanin, Catherine Sammut u Tereża Cachia mill-parroċċa tagħna li għaddew għall-ħajja ta’ dejjem din il-ġimgħa: Agħtihom, o Mulej, …
Illum l-Ewwel Ħadd tax-xahar: il-ġabra b’risq il-knisja – inkunu ġenerużi