20 ta’ Awwissu 2023
Festa Ta Santa Marija f’ Bubqara
- Illum, il-Ħadd tiġi ċċelebrata l-Festa ta’ Santa Marija fil-knisja dedikata lilha f’Bubaqra; filgħodu, jingħad ir-rużarju fis-7.30 u fit-8.00 quddiesa; filgħaxija, fis-6.45 jingħad ir-rużarju u fis-7.00pm quddiesa kantata bis-sehem tal-kor tal-parroċċa Cantate Domino u barka sagramentali.
Nhar il-Ħadd, nagħtu bidu għall-festa titulari ta’ Santa Katarina V.M., Patruna tal-parroċċa tagħna:
Fil-5.30 pm, Għasar kantat u fis-6.00 pm, Quddiesa mill-Kan. Dun Karm Busuttil. Din il-quddiesa tkun b’ringrazzjament fl-okkażjoni tal-anniversarju mit-twaqqif tal-Kor Parrokkjali minn Dun Mikiel d’Amato. (issir ukoll t-tifkira ta Santa Klementina).
Imbagħad, fis-7.00 pm, kelmtejn mill-Arċipriet, kurunella u ħruġ solenni tal-vara ta’ Santa Katarina min-niċċa biex titqiegħed fil-knisja għall-qima tagħna. Il-Kor Parrokkjali Cantate Domino jkanta l-Innu, l-Antifona u l-Innu Popolari. Imbagħad, issir it-talba tal-litanija lil Santa Katarina minn Dun John Curmi, Ċelebrazzjoni Ewkaristika u bews tar-relikwija.
Tqassim tal-Programm tal-Festa u l-Arbural
Matul dawn il-ġranet se jitqassam il-programm tal-festa ta’ Santa Katarina għal din is-sena. Mal-programm qed jitqassam envelope biex min ikun jixtieq jagħti donazzjoni għall-festa; dan l-envelope jista’ jinġieb il-knisja jew l-uffiċċju parrokkjali. Inħeggu id-distributuri biex jiġbru il-fuljetti mill-Knisja. Infakkru wkoll fl-arbural, li qed issir b’risq il-festa.
- Inħeġġu lil kulħadd biex inkunu ġenerużi ħalli nagħmlu festa li tixraq lill-Patruna tagħna, Santa Katarina V.M.
- Infakkru lid-distributuri ta’ Kliem il-Ħajja biex jieħdu l-kopji ta’ Settembru sa Diċembru mis-Sagrisitja.
Nitolbu għal oħtna mill-parroċċa li għaddiet għall-ħajja ta’ dejjem din il-ġimgħa: Rita Caruana Agħtiha, o Mulej, …