22 ta’ Ottubru 2023
Anniversarju Konsagrazzjoni tal-Knisja Arċipretali
Nhar il- Ħadd li ġej niċċelebraw l-Anniversarju tal-Konsagrazzjoni tal-Knisja Arċipretali. Fl-intenzjoni tagħna matul din il-ġimgħa niftakru f’missirijietna li ħallewlna dan il-patrimonju tant għal qalbna. Pero il-Knisja mhux il-bini biss, iżda hija aħna li niffurmaw din il-kommunita’. Għalhekk fil-weekend li ġej wara l-quddies, nistednukom tibqgħu għal ftit ħin magħna għal kafe u xi biċċa kejk. Dakinhar ukoll, nħeġġu lil dawk li jixtiequ jagħtu sehemhom dirett fil-parroċċa f’xi qasam jew ieħor, biex ikellmuna
Celebrazzjoni lejlet il-Festa tal-Qaddisin Kollha – TFAL, ANGLI U QADDISIN
Nhar il 31 ta’ Ottubru, propju lejlet il-Festa tal-Qaddisin kollha, il-Parroċċa flimkien mal-familji li jorganizzaw Zurrieq Halloween se ntellgħu attivita’ għat tfal u l-familji bit-tema – TFAL, ANGLI U QADDISIN. Minn naħa tal-parroċċa se norganizzaw Quddiesa u attivita’ ikkordinata mis-socjeta tal-Muzew Subien u Bniet fi Triq it-Torri. It tfal huma mħeggin jilbsu kuluri ċari, ta’ qaddsin jew ta’ anġli. L-attivita’ u l-quddiesa se jibdew fil 5.00pm u se ddum sas-6.30pm. Wara fi Triq Fra Gammari se jkun hemm diversi attivitajiet u logħob addattati għat-tfal. Id-dħul għall-area tal-logħob wara il-quddies se jkun ta’ donazzjoni ta’ 2 euro li se jmorru għall-Puttinu Cares.
Abbatini
Ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawk li jixtiequ jidħlu abbatini. Sakemm ikun deċiz mod ieħor, l-applikazzjonijiet huma miftuħa għat-tfal subien minn 6 snin ‘il fuq. Min hu interessat ikellem lill-Arċipriet.
Laqgħa ta’ Talb ta’ Padre Pio
Nhar l-Erbgħa li ġej, fil-5.30pm fil-Knisja ta’ San Ġakbu li tinkludi talba tar-rużarju u Quddiesa. Kulħadd mistieden.
Nitolbu għal ħutna mill-parroċċa li għaddew għall-ħajja ta’ dejjem din il-ġimgħa: Mansweta Bugeja, Paula Farrugia u Giovanna Inguanez. Agħtihom o Mulej.
Illum Il-Ġurnata Missjunarja, Nkunu Ġeneruzi.