28 ta’ Ottubru 2023
Tixtieq tagħti sehemek fil-parroċċa?
Wara l-quddies, nistednukom tibqgħu għal ftit ħin magħna għal kafe u xi biċċa kejk. Qegħdin fil-proċess biex insaħħu xi strutturi u kummissjonijiet fil-parroċċa, għalhekk qed nħeġġu lil dawk li jixtiequ jagħtu sehemhom dirett fil-parroċċa f’xi qasam jew ieħor, biex ikellmuna.
Ċelebrazzjoni lejlet il-Festa tal-Qaddisin Kollha – TFAL, ANGLI U QADDISIN
Nfakkru li nhar it-Tlieta li ġej , propju lejlet il- Festa tal-Qaddisin kollha, il-Parroċċa flimkien mall- familji li jorganizzaw Zurrieq Halloween se ntellgħu attivita’ għat tfal u l-familji bit-tema – TFAL, ANĠLI U QADDISIN. Minn naħa tal-parroċċa se norganizzaw Quddiesa u attivita’ ikkordinata mis-soċjeta tal-Muzew Subien u Bniet fi Triq it-Torri. It tfal huma mħeggin jilbsu kuluri ċari, ta’ qaddsin jew ta’ anġli. L-attivita’ u l-quddiesa se jibdew fil 5.00pm u se ddum sas-6.30pm . Wara fi Triq Fra Gammari Żammit se jkun hemm diversi attivitajiet u logħob addattati għat-tfal. Id-dħul għall-area tal-logħob wara il-quddies se jkun ta’ donazzjoni ta’ 2 euro li se jmorru għall-Puttinu Cares.
Jum l-erwieħ kollha: Nhar il-Ħamis, 2 ta’ Novembru, huwa Jum l-erwieħ kollha. Filgħodu, il-quddies fil-knisja parrokkjali jibda fil-5.30 a.m. u jibqa sejjer sat-8.00 a.m. Il-quddiesa ta’ filgħaxija tkun fis-6.00. Fil-kappella tan-Nigret ikun hemm quddies fis-6.30am u fis-7.00 ta’ filgħodu. Fil-knisja ta’ Bubaqra ikun hemm quddiesa fis-7.30am u fit-8.00am.
Tibdil fil-ħin tal-quddies ta’ filgħaxija ta’ Matul il-ġimgħa. Issa li qlibna għall-ħin tax-xitwa navżaw li minn din it-Tnejn, il-quddiesa ta’ filgħaxija fil-knisja parrokkjali tibda tkun fis-6.00 mit-Tnejn sal-Ħadd; Il-quddies nhar ta’ Ħadd jibqa’ kif inhu bħalissa.
Quddiesa Ċimiterju: Nhar il-Ħadd, fit-3.30 pm isir it-Tberik taċ-Ċimiterju: ikun hemm quddiesa u wara jsir it-tberik tal-oqbra. Huwa mitlub li t-tindif tal-oqbra jsir sas-Sibt filgħodu kemm jista’ jkun kmieni
Laqgħa ta’ Talb :Fil-Knisja ta’ Bubaqra nhar l-Erbgħa fis.6.30pm
Nhar il-Ġimgħa hija l-ewwel Ġimgħa tax-xahar.
Il-Ġabra li saret għall-Missjoni fit-tmiem il-Ġimgħa l-oħra laħqet is somma ta’ €3,500 . Nirringrazzjawkom tal-Ġenerożita’ tagħkom.
Hospice Malta –fuq iz-zuntier hemm ukoll xi voluntiera li qed jiġbru xi fondi għall-hospice Malta biex ikunu jistgħu ikomplu joffru s-servizzi li qed jagħtu lil diversi persuni.