5 ta’ Novembru 2023
Griżma tal-Isqof
Nhar s-Sibt u l- Ħadd se niċċelebraw il-Grizma tal-Isqof lil-adoloxxenti tagħna f’ċelebrazzjoni li tibda’ fl-4.30pm. Bi preparazzjoni għall-griżma ser isisru dawn il-laqgħat:
- Laqgħa għall-Ġenituri u Parrini, Nhar it-Tnejn 45pm fil- Knisja Arċipretali. Jkun hemm is-servizz tal-Qrar.
- Laqgħa ta’ talb għall-Parrini u Kresimandi, fuq stil Taize, Il-Ġimgħa fis-7.30pm. Kulħadd mistieden. Se jkun hemm servizz tal-Qrar għall-Kresimandi.
Infakkru fil-Quddiesa fiċ-Ċimiterju: illum, il-Ħadd, fit-3.30 pm isir it-Tberik taċ-Ċimiterju.
Laqgħa għat-Terzjarji Karmelitani, nhar it-Tlieta fl-4.00pm
Quddiesa għal dawk li mietu fix-xahar ta’ Ottubru, Nhar il- Ħamis fis.600pm
Ċelebrazzjoni lejlet il-Festa tal-Qaddisin Kollha – TFAL, ANGLI U QADDISIN li saret nhar t-Tlieta, inġabru is-somma ta 11,500 Euro b’rizq Puttinu Cares. Il- Parroċċa u s-Soċjeta’ tal- Mużew , kemm Bniet u Subien flimkien mal-organizzaturi ta’ Żurrieq Halloween, nixtiequ nirringrazzjaw lil dawk li attendew. Puttinu Cares jirringrazzjaw lil kulħadd tal- ġenerożita’ tagħkom.
Nitolbu għal oħtna Anna Maria D’Amato mill-parroċċa tagħna li għaddiet għall-ħajja ta’ dejjem. Agħtiha o Mulej….
Illum Il-Ġabra Speċjali B’risq il-Parroċċa. Nkunu Ġeneruzi.