Avviżi tal-parroċċa
19 ta’ Novembru 2023
Nhar is-Sibt, 25 ta’ Novembru, niċċelebraw il-festa liturġika tal-Patruna tal-parroċċa tagħna, Santa Katarina. Għalhekk:
It-Tlieta, ikun l-ewwel jum tat-tridu: se jkun dedikat bħala Jum id-devoti ta’ Santa Katarina; il-quddiesa ta’ filgħaxija tkun bis-sehem tal-banda Santa Katarina.
L-Erbgħa, it-tieni jum: se jkun dedikat għall-anzjani u dak inhar, fil-quddiesa ta’ filgħaxija, jiġi ċċelebrat is-sagrament tal-Griżma tal-Morda.
Il-Ħamis, it-tielet jum, fil-quddiesa ta’ filgħaxija jkollna l-preżentazzjoni tat-trabi u tfal lil Santa Katarina. Dawk il-ġenituri li jixtiequ jippreżentaw lit-tarbija tagħhom huma mitluba jiktbuhom fis-sagristija.
Il-Ġimgħa Lejliet il-Festa: fil-5.30 pm: Translazzjoni tar-relikwija ta’ Santa Katarina, Għasar u quddiesa kantata
Is-Sibt, Jum il-Festa: fil-5.30 pm għasar u fis-6.00 pm quddiesa konċelebrata bil-paniġierku mill- Kanonku Fr David Cilia, Arċipriet ta’ San Pawl; wara ssir purċissjoni fil-knisja, reposizzjoni tar-relikwija u tingħata l-Barka Sagramentali.
Iċ-ċelebrazzjonijiet ikunu animati mill-Kor Parrokkjali Cantae Domino u l-mużika ta’ lejliet u nhar il-Festa tkun taħt it-tmexxija ta’ Patri Anton Briffa.
It-Tlieta, l-Erbgħa u l-Ħamis, fis-7.15 pm, fil-Każin tal-Banda Santa Katarina se jsiru riflessjonijiet dwar Santa Katarina mill-Kanonku Dun Dillon Bugeja.
Azzjoni Kattolika Se jkollhom It-Tesserament, Nhar it-Tlieta Waqt il- Quddiesa Tat-8.45am
Nitolbu għal ruħ Francine Mifsud u Mikiel Zerafa li għaddiet għall-ħajja ta’ dejjem matul din il-ġimgħa: Agħtiha, o Mulej, …