Avviżi tal-parroċċa
3 ta’ Diċembru 2023
Infakkru fil-MIXJA FAVUR IL-ĦAJJA: Illum, il- Ħadd fit-3 p.m. u titlaq minn Pjazza Kastilja, il-Belt Valletta, u titkompla b’serata għall-familja sas-6 p.m. Kelliema speċjali se tkun Patricia Sandoval, li għandha esperjenza personali qawwija ħafna x’taqsam ma’ min għandu għal qalbu l-protezzjoni tal-ħajja.
Festa tal-Kunċizzjoni – 8 ta’ Diċembru
- matul il-ġimgħa, fil-kappella tan-Nigret, tkompli n-novena: filgħodu, qabel il-quddiesa jingħadu r-rużarju u l-kurunella u fil-5.00pm jingħad ir-rużarju.
- Il-Ħamis, lejliet il-Festa: fl-4.30pm: ħin għall-Qrar, fil-5.30pm Ruzarju u 6.00pm Quddiesa kantata bil-prietka minn Fr. Jonathan Debattista.
- Il-Ġimgħa, jum il-Festa: fil-5.30pm jingħad ir-rużarju u fis-6.00pm, quddiesa kantata bil-prietka minn Fr. Eric Cachia (Salezjan)
Laqgħat
- Għall-Anzjani Nhar it- Tnejn fid-9.00am. Jmexxi il-Laqgħa Fr Dillon Bugeja.
- Tat-Terzjarji Karmelitani – Nhar it-Tlieta fl-4.00pm
- Ta’ Talb fil- Knisja ta’ bubaqra nhar l-Erbgħa fis-6.30pm.
- Ta’ talb still Taize fil- Kappella ta’ San Ġakbu nhar il-Ġimgħa fis-7.30pm.
Nitolbu għal Maria Concetta Darmanin u Catherine Vella li għaddew għall-ħajja ta’ dejjem matul din il-ġimgħa: Agħtiha, o Mulej, …
Illum ssir il-Ġabra Speċjali għall-Proġetti tal- Knisja.