17 ta’ Diċembru 2023
Novena tal- Milied : Nkomplu bin-novena tal-Milied. Infakkru li għal matul in-Novena fil-Knisja Arċipretali, ħdejn l-artal hawn qfief fejn jistgħu jitpoġġew oġġetti ta’ ikel biex jitqassmu lill-familji fil-bżonn tal-parroċċa.
LOOP Djakonija Parroċċi li tqassam diversi ikliet b’xejn matul is-sena madwar malta kollha qed tniedi kampanja ġbir ta’ fondi biex inkunu nistgħu nsostnu din l-inizzjattiva’. Min hu interessat li jgħin hu mitlub li jiġbor envolop minn ħdejn il-bieb ta’ barra.
Cake Sale u ħelu tal-Milied: Organizzat mit-Tim tal- Fundraising, Youthfusion u l-Grupp tal-Abbatini b’risq id-dar tal-Providenza u xi gruppi oħra. Fuq iz-Zuntier tal-Knisja.
It-tim tal-fundraising qed jorganizza lotterija b’ risq proġetti tal-parroċċa. Statwa tan-Natività fiċ-ċeramika.
Is-Sibt mill-4.30pm se jkun hawn Sacerdot Barrani għall-qrar.
Il-Ħadd huwa Lejliet il-Milied:
- Fis-5.45 pm, tibda l-purċissjoni tal-Bambin mill-MUSEUM tas-Subien; tasal fil-knisja għas-6.45 pm fejn isir Program qasir u jittellgħu rigali għal dawk preżenti.
- Fil-knisja parrokkjali, fil-10.45 pm, jibda r-recital ta’ lejliet Milied; f’nofs il-lejl issir it-translazzjoni bil-Bambin, il-priedka mit-tfal u l-konċelebrazzjoni solenni tal-Lejl tal-Milied.
- Fil-knisja tan-Nigret: fid-9.00 pm ssir programm qasir u fl-10.00 pm l-quddiesa tal-Lejl tal-Milied.
- Fil-knisja ta’ Bubaqra: fit-8.00 pm jibda programm ta’ għanjiet tal-Milied, pageant u l-prietka tat-tfal; fl-10.00 pm issir il-quddiesa tal-Lejl tal-Milied.
It-Tnejn hija l-Festa Solenni tal-Milied: Il-ħin tal-quddies ikun bħal nhar ta’ Ħadd.
Wirja ta’ Presepji fil-Kappella ta’ Sant’ Andrija,(tax-Xarolla).tkun miftuħa mill-5 u nofs sas-7 u nofs.
Infakkru fil-Maratona ġbir ta’ fondi ‘Minn Qalb iż-Żrieraq’ għall-Fondazzjoni Step Up for Parkinson’s. taħt it-tinda, organizzata mill-Għaqda Karmelitana Banda Queen Victoria.
Doninu Malta qed jistiednu lill-Anzjani u residenti li jgħixu waħedhom għall- ikla ta’ nofsinhar, nhar il-Ħadd fiċ-Ċentru tal-Anzjanita’ attiva. Bla Ħlas. Min hu interessat ikellem lis-Sindku Rita Grima.
Mobile Blood Donation Unit: ħdejn il-Kunsill Lokali.( illum il-Ħadd filgħodu)
Nitolbu għal Nina cassar u Helen D’Amato li għaddew għall-ħajja ta’ dejjem matul din il-ġimgħa: Agħtihom, o Mulej, …