Avviżi tal-Ħadd

24 ta’ Diċembru 2023

Lejlet il- Milied

Fis-5.45 pm, tibda l-purċissjoni tal-Bambin mill-MUSEUM tas-Subien; tasal fil-knisja għas-6.45 pm fejn isir Program qasir u jittellgħu rigali għal dawk preżenti.

Fil-knisja parrokkjali, fil-10.45 pm, jibda r-recital ta’ lejliet Milied; f’nofs il-lejl issir it-translazzjoni bil-Bambin, il-priedka mit-tfal u l-konċelebrazzjoni solenni tal-Lejl tal-Milied.

Fil-knisja tan-Nigret: fid-9.00 pm ssir programm qasir u fl-10.00 pm l-quddiesa tal-Lejl tal-Milied.

Fil-knisja ta’ Bubaqra: fit-8.00 pm jibda programm ta’ għanjiet tal-Milied, pageant u l-prietka tat-tfal; fl-10.00 pm issir il-quddiesa tal-Lejl tal-Milied.

It-Tnejn hija l-Festa Solenni tal-Milied: Il-ħin tal-quddies ikun bħal nhar ta’ Ħadd.

 

Fr Anton D’Amato se jibda’ uffiċċjalment l-ħidma tiegħu bħala Kappillan ta’ Ħal-Għaxaq, nhar is-Sibt 30 ta’ Diċembru fis6.00pm. Filwaqt li nifirħulu, nitolbu għalih.

 

IL-Ħadd huwa l-aħħar tas-sena: Wara l-quddiesa tas-6.00 pm isir il-kant tat-Te Deum.

  • Fil-kappella tan-Nigret ikun hemm quddiesa u Te Deum fil-5.30 pm.
  • Fil-kappella ta’ Bubaqra ikun hemm ukoll quddiesa u Te Deum fis-6.30 pm.

 

Nhar is-Sibt Mill-4.30 pm ‘il quddiem ikun hawn saċerdoti għall-qrar.

 

It-Tnejn l-Ewwel tas-sena u Jum il-Paċi, il-quddies kollu jkun bħal dak ta’ nhar ta’ Ħadd.

 

Festa ta’ Ġenerożità b’risq id-Dar tal-Providenza: l-Ewwel tas-Sena, tiġi ċċelebrata Festa ta’ Ġenerożità b’risq id-Dar tal-Providenza; dak inhar ikun hemm Open Day u ġbir ta’ fondi għal din id-Dar li tagħti ħafna mħabba u kenn lil persuni b’diżabilità u li tiddependi mill-Providenza u mill-imħabba tagħna. Il-ġbir li se jsir lejlet u fl-Ewwel tas-Sena se jkun bħala offerta għall-istess skop.

 

Infakkru li il-Wirja ta’ Presepji fil-Kappella ta’ Sant’ Andrija,(tax-Xarolla).tkun miftuħa mill-5 u nofs sas-7 u nofs. Sa nhar l-Erbgħa

 

Nitolbu għal  Carmel Camilleri li għadda għall-ħajja ta’ dejjem matul din il-ġimgħa: Agħtiha, o Mulej, …

L-Arċipriet flimkien mas-saċerdoti tal-parroċċa jawguraw Milied ħieni liż-Żrieraq kollha.

Comments are closed.