31 ta’ Diċembru 2023
IL-Ħadd huwa l-aħħar tas-sena: Fil- 5.00pm Ġesu se jkun espost għall-adorazzjoni tagħna, fis- 6.00pm quddiesa wara jitkanta t-Te Deum u tingħata il-Barka Sagramentali.
- Fil-kappella tan-Nigret ikun hemm quddiesa u Te Deum fil-5.30 pm.
- Fil-kappella ta’ Bubaqra ikun hemm ukoll quddiesa u Te Deum fis-6.30 pm.
It-Tnejn l-Ewwel tas-sena u Jum il-Paċi, il-quddies kollu jkun bħal dak ta’ nhar ta’ Ħadd.
Festa ta’ Ġenerożità b’risq id-Dar tal-Providenza
l-Ewwel tas-Sena, tiġi ċċelebrata Festa ta’ Ġenerożità b’risq id-Dar tal-Providenza; dak inhar ikun hemm Open Day u ġbir ta’ fondi għal din id-Dar li tagħti ħafna mħabba u kenn lil persuni b’diżabilità u li tiddependi mill-Providenza u mill-imħabba tagħna. Il-ġbir li se jsir lejlet u fl-Ewwel tas-Sena se jkun bħala offerta għall-istess skop.
Il-Moviment ta’ Kana qed jorganizzaw żewġ quddisiet ikkonċelebrati minn Mons. Arcisqof Charles J. Scicluna fil-Konkatidral ta’ San Gwann, il-Belt Valletta fil-5.30pm, waħda:
- għall-koppji li zzewġu matul is-Sena 2023 – ha ssir is-Sibt, 06 ta’ Jannar.
- U l-oħra għal dawk li ħa jiżżewġu matul is-Sena 2024 u ħa ssir is-Sibt, 13 ta’ Jannar
Laqgħa ta’ Talb – Fil- Knisja ta’ Bubaqra, nhar L-Erbgħa fis-6.30pm
Nitolbu għall-ġenituri li t-tarbija tagħhom Elisa Farrugia għaddiet għall-ħajja ta’ dejjem matul din il-ġimgħa. Għalhekk ngħidu s-Sliema.
L-Arċipriet flimkien mas-saċerdoti tal-parroċċa jawguraw is-Sena it-Tajba liż-Żrieraq kollha.