Avviżi tal-Ħadd

18 ta’ Ġunju 2023

Laqgħa tal-grupp Padre Pio: L-Erbgħa 21 ta’ Ġunju,  fil-kappella ta’ San Ġakbu, fil-5.30pm.Tinkludi r-rużarju u quddiesa.

Taizè Meeting

Mument ta’ talb u riflessjoni fuq stil Taizè, nhar il-Ħamis 22 ta’ Ġunju fit-8.00pm fil-knisja Arċipretali.

Quddiesa tal-Ħadd fis-6.00pm

Nhar il-Ħadd 25 ta’ Ġunju, il-quddiesa tas-6.00pm se tkun animata minn Grupp li se jkanta mużika Gregorjana. Wara se jsir kunċert qasir.

Reffiegħa għall-Vara tal-Madonna tal-Karmnu

Dawk il-fratelli li għandhom is-servizzi meħtieġa u jixtiequ jerfgħu l-vara fil-festa għandhom jagħtu isimhom lill-Arċipriet jew lil xi membru tal-Kumitat sal-aħħar tal-ġimgħa ta’ Ġunju. Il- polza titla’ fil-5 ta’ Lulju.

Offerta ta’ San Pietru

Navżaw li fil-quddies kollu tal-weekend li ġej, se ssir il-ġabra magħrufa bħala l-“Offerta ta’ San Pietru”: din il-ġabra tmur bħala offerta lill-Papa Franġisku u biha nkunu qegħdin nuru l-imħabba tagħna lejh u ngħinuh biex ikun jista’ jifrex dejjem aktar il-ħidmiet tiegħu ta’ karità madwar id-dinja.

Proġett Lunetti Tal-Knisja Arċipretali

Kif tistgħu tinnotaw ċertu xogħol fuq dan il-proġett issa beda. Matul dan is-sajf ukoll se nerġu nduru il-koppletta minn barra biex nevitaw possibilitajiet ta’ dħul ta’ xita wara li ġie nnotata li kien hemm xi ħsarat fuq barra ukoll. Nittamaw li ma mmorrux ħafna “off budget”, pero xogħol li ma jistax ma’ jsirx. Nirringrazzjaw lil min qed jagħti s-sehem tiegħu għal dan il-proġett. Din il-ġimgħa nġabru €1,300. Nirringrazzjawhom u nitolbu għalihom u għall-benefatturi kollha.

Nitolbu għal ruħ Carmela Agius li għaddiet għall-ħajja ta’ dejjem matul din il-ġimgħa: Agħtiha, o Mulej…

Comments are closed.