Progett Siġġijiet Ġodda fil- Knisja Arċipretali
Nirringrazzjaw lill-benefatturi kollha li għenu finanzjarment f’dan il-proġett. Ħajr ukoll lil dawk li għenu fit-tindif u ġġar tal-bankijiet matul din il-ġmgħa u tat-tqegħid tas-siġġijiet il-ġodda f’posthom. Issa importanti li nibżgħu għalihom biex jitgawdew minna u mill-ġenerazzjoni li tiġi warajna.
Il-Kappillan u l-Komunita tal- Parroċċa tas-Swatar ukoll jirringrazzjaw lil-Parroċċa tall-bankijiet li għaddejnielhom.
Festa tal-Kunċizzjoni – 8 ta’ Diċembru –, fil-kappella tan-Nigret,illum fil-5.00pm jingħad ir-rużarju u fis-5.30pm, quddiesa kantata bil-prietka minn Dun Mario Mangion
Il-Kummissjoni Djakonija se torganniza l-attivita’ “Ngħidu Kelma Flimkien” għall-persuni li jgħixu waħedhom, nhar il-Ġimgħa li ġej. Din l-attivita ser titella’ fir-residenza tal-Arċipriet fil-5.30pm. Ma jonqosx li nieħdu xi ħaġa flimkien. Din l-attivita hi miftuħa kemm għall-irġiel kif ukoll għan-nisa. Min hu interessat importanti li jħalli ismu fis-Sagristija jew mall-Arċipriet.
Laqgħa ta’ talb Stil Taize, Nhar il- Ġimgħa fis-7.00pm fil-Kappella ta’ San Ġakbu. Kulhadd hu mistieden.
Wirja ta’ Presepji
Se jkun hawn wirja ta’ Presepji fil- Knisja Arċipretali mtella miid-diretttorat tal-Kultura, fejn se jkunu esebiti 10 presepji , ħafna minnhom miż-Żrieraq. Wirja oħra se ssir fil-Kappella ta’ Sant’ Andrija,(tax-Xarolla). Din il-wirja qed tigi mtella minn grupp ta’ dilettanti ta’ presepji bil-kolaborazzjoni tal-parrocca u tal-kunsill lokali. Il-wirja ħa tiftaħ minn nhar il-Ħadd 15 ta’ Dicembru mill-5.30pm u sas-7.30pm, Dħul huwa b’xejn. Aktar dettalji tistgħu ssibuhom fuq il-paġa ta’ facebook: Wirja Presepji Zurrieq.
NItolbu għal ħutna Anna Pace, u Giuzeppi Atanasio u Doris Mifsud. mill-parroċċa tagħna li għaddew għall-ħajja ta’ dejjem Agħtiha o Mulej.