Avviżi tal-Parroċċa – 1 ta’ Settembru 2024

Jum il- Festa ta’ Santa Katarina

Filwaqt li nkomplu bil-festa ta’ Santa Katarina  infakkru li llum (għada) l-Ħadd, il-ħin tal-quddies ikun fis-6 u fis-7 u fit-8.15 ta’ filgħodu. Fid-9.30 am quddiesa solenni tal-festa bil-paniġierku. Imbagħad ikollna quddies fil-11.45 am u fil-5.00 pm. Fis-6.00 pm, Għasar solenni u fis-7.00 pm purċissjoni bir-relikwija u l-vara ta’ S. Katarina. Mad-dħul tal-purċissjoni titkanta l-antifona, tingħad il-litanija lil Santa Katarina, tingħata l-barka sagramentali u jsir il-bews tar-relikwija.

Nappellaw biex matul dawn il-ġranet tal-Festa, skont ma wieħed jista’, niftakru f’ħutna anqas ixxurtjati minna; għal dan l-iskop, għandna l-BUKKETT TA’ MĦABBA; voluntieri qed ikunu ħdejn l-istatwa ta’ Santa Katarina biex jieħdu l-offerti tagħna.

Għada it-Tnejn l-uffiċċju parrokkjali se jkun magħluq.

Laqgħa ta’ Talb nhar l-Erbgħa, fis-7.00 pm il-kappella ta’ Bubaqra.

Nhar il-Ġimgħa hija l-ewwel Ġimgħa tax-xahar.

Nhar il-Ħadd, 8 ta’ Settembru, minbarra li hija l-festa tat-Twelid tal-Verġni Marija (il-Vitorja), ikun ukoll tmint ijiem fuq il-festa ta’ Santa Katarina; jekk Alla jrid, dak inhar il-quddiesa tal-10.45am tkun b’ringrazzjament għall-festa li nkunu għadna kif iċċelebrajna. Wara l-quddiesa, is-saċerdoti tal-parroċċa jdaħħlu l-vara ta’ Santa Katarina lura fin-niċċa.

  • Nitolbu għal Carmela D’ Amato u Ninu D’amato li għaddew għall-ħajja ta’ dejjem matul din il-ġimgħa: Agħtiha, o Mulej, …

Comments are closed.