Avviżi tal-parroċċa – 10 ta’ Marzu 2024

Il-Kummissjoni Djakonija

Infakkru li ħarġu  “Referral Applications” mill-Kummissjoni Djakonija,  li wieħed hu nkoraġġut li jimla jekk persuna hi f’xi bżonn u jew jekk jiltaqa’ ma’ xi ġar jew xi ħadd li jħoss li bħala kummissjoni jkunu jistgħu jkunu ta’ għajnuna. L-applikazzjonijiet jiġu miġbura mill-Arċipriet li jieħu ħsieb li jikkuntattja lil dawk li ġew riferuti. Jekk dawn jaċċettaw, il-każ tagħhom jiġi studjat mill-kummissjoni biex  jaraw kif  jistgħu jkunu ta’ għajnuna.

Infakkru fil-Korsijiet  ta’ Eżerċizzi li se jibdew minn nhar it-Tnejn:

Għall-koppji – Fil-Knisja Arċipretali fis-6:30pm , wara l-quddiesa ta’ filgħaxija u se jmexxihom Fr Kevin Schembri.

Għal Kulħadd fil-Kappella tan-Nigret:  fis-6:00 pm waqt il-quddiesa.  Imexxi Fr Joe Galea. (Fil-Kappella tan-Nigret minn nhar it-Tnejn sa nhar il-Ġimgħa ma ssirx il-quddiesa ta’ filgħodu).

Via Sagra fit-Toroq ta’ Bubaqra

Via Sagra fit-toroq ta’ Bubaqra nhar l-Erbgħa 13 ta’ Marzu fis-6:30 p.m. Il-Via Sagra tibda mill-Knisja ta’ Bubaqra. Il-Via Sagra qed tkun ikkoordinata mill-Kumitat Pastorali ta’ Bubaqra flimkien ma’ Youthfusion Żurrieq. F’każ li jkun il-maltemp il-Via Sagra ssir fil-Knisja.

( Toroq  tal-Via Sagra:  Triq ir-Rettur Dun Salv Farrugia, Bubaqra, it-Tin, Zaccaria Roncalli, it-Torri, Santa Fawstina, San Ċiru, l-Imtali, it-Torri, Misraħ Santa Marija, Triq Santa Marija u tispiċċa fil-Knisja. Inħeġġu lir-residenti minn fejn ser tgħaddi l-Via Sagra biex joħorġu xemgħat quddiem djarhom. Inħeġġukom tattendu u ġġibu xemgħa magħkom. )

Taize Meeting – Nhar il-Ħamis 14 ta’ Marzu fis-7:30pm fil-Kappella ta’ San Ġakbu. Kulħadd mistieden.

Lotterija – It-tim tal- Fundraising qed ibigħ xi biljetti għall-istatwa ta’ Kristu Rxoxt b’risq  l-inizzjattiva tal-Parroċċa.

Nitolbu għal ħutna li għaddew għall-ħajja ta’ dejjem matul din il-ġimgħa, Joseph Zahra, Ġużeppa Farrugia, Mary Seisun u Joseph Psaila . Agħtihom o Mulej…

Comments are closed.