Festa ta’ Santa Marija
Nhar il-Ħamis niċċelebraw il-Festa Solenni tat-Tlugħ fis-sema tal-Verġni Marija. Hija festa kmandata u għalhekk tajjeb li nqaddsuha bill-nieħdu sehem fil-quddiesa. Għalhekk il-quddies nhar il-Ħamis se jkun bħal dak tal-Ħadd.
Nhar l-Erbgħa, il-quddiesa ta’ filgħaxija tkun dik tal-Festa ta’ Santa Marija. Fil-kappella tan-Nigret, ikun hemm quddiesa fil-5.00 pm; fil-knisja ta’ Bubaqra, ikun hemm quddiesa fis-6.30 p.m.
Nhar il-Ħadd tiġi ċċelebrata l-Festa ta’ Santa Marija fil-knisja dedikata lilha f’Bubaqra; għalhekk:
- l-Gimgha: fis-6.00 pm jingħad ir-rużarju u fis-6.30 pm, quddiesa minn P. Alfred Scerri OFM Cap
- Is-Sibt, Lejlet il-Festa: fis-6.00 pm jingħad ir-rużarju u fis-6.30 pm, quddiesa.
- Il-Ħadd, Jum il-Festa: filgħodu, fis-7.30 jingħad ir-rużarju u fit-8.00 quddiesa; filgħaxija, fis-6.45 jingħad ir-rużarju u fis-7.00, quddiesa kantata bis-sehem tal-kor tal-parroċċa Cantate Domino u barka sagramentali.
Proġett Siġġijiet: Nixtiequ nirringrazzjaw lil dawk li qed jikkontribwixxu fil-proġett tas-siġġijiet ġodda għall-Knisja Arċipretali. Il-flus li nġabru matul dawn il-ġranet jammontaw għall-850 euro. Fadal l-aħħar 7 siġġijiet x’jinġabru.
L-Arbural għall-Festa ta’Santa Katarina
Navżaw li l-albural għall-festa ta’ Santa Katarina huwa miftuħ u kulħadd hu mistieden biex jagħmel l-offerta tiegħu. L-albural huwa sors importanti ħafna biex ikollna festa titulari xierqa.
Lotterija: B’risq il-Festa ta’ Santa Katarina V.M.; il-premju huwa statwa sabiħa ta’ San Katarina. Biljetti minn ħdejn il-bibien tal-Knisja.
Nhar is-Sibt u l-Ħadd li ġejjin se ssir il-ġabra speċjali għall-festa ta’ ġewwa ta’ Santa Katarina. Inkunu ġenerużi biex nagħmlu festa li tixraq lil Santa Katarina V.M.
Nitolbu għal ħutna mill-parroċċa li għaddew għall-ħajja ta’ dejjem din il-ġimgħa: Nicholeete Magri, Spiridione Portelli, Cathririne Camilleri u Peter Sammut: Agħtihom, o Mulej.