Ġublew tat-Tama
Kif diġa’ ħabbarna, nhar il-ġimgħa li ġej ser niċċelebraw il-bidu tas-Sena tal-Ġublew flimkien bħala kommunita’. Dakinhar il-knisja tkun magħluqa wara nofsinhar, u kulħadd mistieden jinġabar ħdejn il-knisja ta’ San Ġakbu, għas-6.45pm, li fiha ser nimxu f’pelegrinaġġ penitenzzjali qasir lejn il-knisja, u wara d-dħul fil-Knisja mil-bieb il-kbir, nkomplu bil-quddiesa. It-tfal li ser jagħmlu l-preċett din is-sena huma mistiedna jġibu xemgħa magħhom.
Laqgħa ta’ Padre Pio: Nhar it-Tlieta fil-5.30pm fil- Kappella ta’ San Gakbu.
Proġetti Kapitali:
- Restawr tal-Pulptu tal-Knisja Arċipretali (1669)
Matul il-ġranet li ġejjin ser jibda’ ix-xogħol fuq ir-restawr tal-Pulptu tal-Knisja Arċipretali. Ix-xogħol tar-Restaraw ser issir mill-Kumpanija Atelier del Restauro. Dan il-proġett se jkun sponsorjat fl-intier tiegħu mill- BOV.
- Żebgħa tal- Knisja Arċipretali.
Fil-ġranet li ġejjin ser jibda ix-xogħol ta’ żebgħa fil-parti t’isfel tal-Knisja Arċipretali. Il-ħtieġa li dan issir ilu jinħass u wasal iż-żmien li nniedu dan il-proġett.Għandna flus biex nibdew, napprezzaw il-ġenerożita tagħkom.
- Progett tal-Pitturi tal-Lunetti
Sfortuantament il-Proġett tal-Pitturi tal-lunetti waqa’ lura iktar mill-stennejna . Il- Pittur inqabad b’xogħol ieħor u talabna nestendu ftit ż-żmien. Pero tagħni il-kelma li ser jaħdem fuqhom. Nittamamaw li jżomm kelmtu. Inżommkom infurmati.
Nitolbu Għal ħutna: Paul Micallef u Mikelina Saliba li għaddew għall-ħajja ta’ dejjem matul din il-ġimgħa.