Inkomplu bil-quddies u Tberik fiż-żoni: il-quddiesa tibda fis-7.00 pm. Idealment kulħadd jattendi għall-quddiesa fiż-żona indikata.:
It-Tlieta – Ix-Xarolla 16 ta’ April 2024 – Il-Quddiesa tiġi ċċelebrata fi Ġnien l-Ewropa.
Misraħ ir-Repubblika, Sqaq il-Ħelu, L-Iben il-ħali, Triq San Mikiel mill-pjazza sal-Bronja, Triq il-Karmnu u Triq San Bert bl-isqaqien tagħhom, Toroq it-Tjieba, Alessandru, Barċellona, Sant’Andrija, San David, u Wesgħa JM Cassar.
Il-Ġimgħa – Ta’ Xaqqa 19 ta’ April 2024 – Il-Quddiesa tiġi ċċelebrata fi Triq Matteolo Saliba.
Triq San Martin minn Bronja sa Vjal L-Indipendenza, Triq il-Bronja, Triq Francis Falzon, Triq is-Sienja, Triq Dun Vincenz Schembri, Triq Zimmerman Barbaro, Triq Marjanu Gerada, Triq Salvu Psaila, Triq Vincenzo Dimech, Triq it-Taħħan, Triq Dun Ġwann Camilleri, Triq Matteolo Saliba.
Katekeżijiet organizzati mill-grupp tan-Neokatekumenat
Kull Nhar ta’ Tlieta u Ħamis fis-7.30 pm.
Laqgħa Padre Pio
Nhar il-Ħamis fil-kappella ta’ San Ġakbu fil- 5.30 pm.
Nitolbu għal ruħ Michael ( Lino) Caruana u Pawlu Camilleri li għaddew għall-ħajja ta’ dejjem matul din il-ġimgħa: Agħtihom, o Mulej.
Ilum il- Ġabra hi kollha kemm hi għall-KARITA’ – Inkunu ġenerużi.