Avviżi tal-Parroċċa – 15 ta’ Deċembru 2024

Novena tal-Milied

Illum (Għada), il-Ħadd tibda n-novena tal-Milied: Infakkru li għal matul in-Novena, ħdejn l-artal hawn qfief fejn jistgħu jitpoġġew oġġetti ta’ ikel biex jitqassmu lill-familji fil-bżonn tal-parroċċa. Nirringrazzjawkom bil-quddiem.

Imbagħad, matul din il-ġimgħa il-Quddiesa ta’ filgħaxija tkun animata mill-għaqdiet tal-parroċċa kif ġej:

  • it-Tnejn, mill-Kor Parrokkjali Cantate Domino, mit-Terzjarji Karmelitani u l-Leġjun ta’ Marija;
  • it-Tlieta, mill- Azzjoni Kattolika u Grupp Padre Pio;
  • l-Erbgħa,mill- Youthfusion;
  • il-Ħamis, mill-Grupp Kariżmatiku u mill-Kummissjoni Djakonija;
  • il-Ġimgħa: mill-Ministri tat-Tqarbin u Kummissjoni Liturgija.

Kunċert ta-Milied: Gaudete: An Italian Christmas

Il-Kor Cappella Sanctae Catharinae se jtella’ kunċert tal-Milied fil-Knisja Arċipretali: Gaudete: An Italian Christmas, nhar il-Ġimgħa li ġej fis-7.30pm. Kulħadd hu mistieden.

Tberik tal-Bambini: Il-Ħadd , 22 ta’ Dic:  it-tfal huma mistiedna jġibu magħhom il-Bambin jew presepju biex inberkuhom fil-quddies ta- 830am u tad-930am

Ogħti tad-Demm: nhar il-Ħadd mit-8.30am sas-1.00pm: Ħdejn il-Kunsill lokali

Wirja ta’ Presepji

Wirja il-Kappella ta’ Sant’ Andrija,(tax-Xarolla). Din il-wirja qed tigi mtella minn grupp ta’ dilettanti ta’ presepji bil-kolaborazzjoni tal-parrocca u tal-kunsill lokali. Il-wirja ħa tiftaħ minn nhar il-Ħadd 15 ta’ Dicembru mill-5.30pm u sas-7.30pm. IL wrija se tibqa’ mifruħa sal-31 ta’ Diċembru.  Dħul huwa b’xejn. Aktar dettalji tistgħu ssibuhom fuq il-paġa ta’ facebook: Wirja Presepji Zurrieq.

It-tim tal-fundraising qed jorganizza lotterija b’ risq proġetti tal-parroċċa. Natività sabiħa.

NItolbu għal oħtna  Carmela Bartolo mill-parroċċa tagħna li għaddiet għall-ħajja ta’ dejjem  Agħtiha o Mulej.

Comments are closed.