Qegħdin nagħtu bidu għall-Ġimgħa Mqaddsa li tfakkarna fl-akbar imħabba:
Illum (Għada) wara l-quddiesa tat-8.15 am, isir it-tberik tal-friegħi taż-żebbuġ ħdejn il-kappella ta’ San Bert u wara purċissjoni sal-knisja fejn tkompli l-quddiesa solenni ta’ Ħadd il-Palm.
Via Sagra: It-Tnejn, wara l-quddiesa ta’ filgħaxija, issir il-festa tal-Via Sagra fil-knisja arċipretali bis-sehem tal-kor parrokkjali.
Nhar il-Ħamis huwa Ħamis ix-Xirka: Il-funzjoni tkun fis-6.00 pm. Fit-7.30 pm jibdew l-adorazzjonijiet.
Il-Ġimgħa ssir it-Tifkira tal-Passjoni u l-Mewt ta’ Sidna Ġesù Kristu: Fis-6.30 am jibdew l-adorazzjonijiet quddiem l-Ewkaristija. Fit-3.00 pm il-ħin tal-funzjoni.
Nhar is-Sibt huwa s-Sibt Qaddis tal-Għid. Il-funzjoni tkun fit-8.15 pm. Nhar is-Sibt ukoll se jkollna konfessur barrani għall-qrar mill-5.00 pm ’il quddiem.
Il-Ħadd niċċelebraw b’ferħ kbir il-Qawmien tal-Mulej għall-ħajja.
(Il-funzjonijiet ta’ din il-Ġimgħa Mqaddsa, fil-knisja arċipretali, ikunu animati mill-Kor Parrokkjali CANTATE DOMINO.)
It-tfal huma mistiedna jġibu l-karus ta’ mħabba li huma ngħataw għal żmien ir-randan; l-offerti miġbura jmorru b’risq id-Dar tal-Providenza.
It-Tberik tal- Figolli u l-Bajd tal-Għid jitbierku ,nhar l- Għid il-Kbir wara il-quddiesa tat 8.30am u tad-9.30am
Wirja marbuta mall-Ġimgħa l-Kbira ser ssir ġewwa l-Kappella ta’ Sant’ Andrija u l-Mitħna tax-Xarolla.
Dramm tal-Passjoni – Initium se jittella’ fuq iz-zuntier tal-Knisja t-Tlieta 26 ta’ Marzu. Min hu interessat għall-biljetti jgħaddi l-Kunsill Lokali.
Nitolbu għal ħuna mill-parroċċa li għadda għall-ħajja ta’ dejjem din il-ġimgħa: Publius Farrugia . Agħtih, o Mulej, …