Avviżi tal-Parroċċa – 19 ta’ Mejju 2024

Nirringrazzjaw lil dawk li pparteċipaw fiċ-ċelebrazzjonijiet li saru marbuta mat-tberik fiż-żoni.  Kienu mumenti sbieħ li qsamna flimkien. Ħajr lil kull min għenna fl-organizazzjoni.

 

L-Ewwel Tqarbina

Nhar is-Sibt u l-Ħadd li ġej se niċċelebraw l-Ewwel Tqarbina liċ-ċkejknin tagħna f’quddiesa li se ssir fl-4.30pm. Għalhekk il-quddiesa tal-Ħadd li ġej  se tkun fis-6.30pm minflok fis-6.00pm. Tajjeb ukoll li nżommu lil dawn iċ-ċkejknin f’talbna. 

Proġett Siġġijiet Ġodda fil-Knisja Arċipretali

Il-Ġimgħa l-oħra ħabbarna illi ser inbiddlu l-bankijiet tal-Knisja Arċipretali f’siġġijiet puliti u komdi, kif qed isir  f’xi parroċċi f’Malta u f’Għawdex. Kien hemm min inħasad ftit meta semmejna l-prezz ta’ kull siġġu (250 Euro). Però tajjeb wieħed jifhem li qed nitkellmu fuq siġġijiet apposta għall-knejjes. Ma konniex se nidħlu għal dan il- proġett kieku ma avviċinaniex benefattur li lest li jerfa’ parti sew mill-ispiża. L-ammont ta’ siġġijiet li qed naħsbu li jkollna bżonn hu ta’ 425, barra dawk tal-artal. Għalhekk qed nappellaw għall-ġenerożità tagħkom. Min jixtieq jgħin f’dan il-proġett  billi jisponsorja xi siġġu u jew jagħti xi donazzjoni  hu mitlub li javviċina lill-Arċipriet. 

 

Nitolbu għar-ruħ ta’ Dun Raymond Cassar, Karmenu Schembri u  Fredu (Gerald ) Seisun li għaddew  għall-ħajja ta’ dejjem matul din il-ġimgħa: Agħtihom o Mulej.

Comments are closed.