Avviżi tal-Parroċċa – 2 ta’ Gunju 2024

Festa ta’ Corpus

Illum, il-Ħadd niċċelebraw is-Solennità tal-Ġisem u d-Demm ta’ Kristu – il-festa ta’ Corpus. Fis-6.00pm issir quddiesa konċelebrata bis-sehem tal-kor parrokkjali u wara purċissjoni bis-S.S. Sagrament li tgħaddi mix-Xarolla. It-tfal tal-Ewwel Tqarbina huma mistiedna jieħdu sehem.

Laqgħat : 

  • għall-anzjani, nhar it-Tnejn . Imexxi l- laqgħa s-Sup Leli Curmi.
  • ta’ Talb fil-knisja ta’ Bubaqra fis-7.15pm.

Nhar il-Ġimgħa niċċelebraw il-festa tal-Qalb ta’ Ġesù.

  • It-Tlieta, l-Erbgħa u l-Ħamis ikunu ġranet ta’ kwaranturi: Ġesù Ewkaristija jkun espost għall-adorazzjoni tagħna minn wara l-quddiesa tat-7.45am sa qabel il-quddiesa ta’ filgħaxija. (il-Kappella ta San Ġakbu tkun magħluqa). Fis-6.30pm, Quddiesa minn Fr Dillon Bugeja. Matul dawn il-ġranet ikun hemm adorazzjonijiet organizzati.
  • Il-Ġimgħa, Ġesù Sagramentat ikun espost matul il-ġurnata; imbagħad, fil-5.00pm, adorazzjoni mill-Fratellanza tas-Sagrament u l-Qalb ta’ Ġesù; fis-6.00pm, kant tat-Tieni Għasar, fis-6.30pm, quddiesa konċelebrata minn Mons. Karm Camilleri u wara purċissjoni bis-S.S. Sagrament li tgħaddi mit-toroq tas-soltu. It-tfal tal-Ewwel Tqarbina huma mistiedna jieħdu sehem.

Mons. Dun Karm Camilleri – 50 Sena Saċerdot

Mons. Dun Karm Camilleri jixtieq jistieden lil kulħadd, familjari, qraba u ħbieb, lill-Kumitati Każini tal-Baned, Sindku u Kunsill Lokali, Għaqdiet Reliġjużi, Fratellanzi u Soċjetajiet ċivili li hawn fil-Parroċċa għall-Quddiesa Solenni ta’ Radd il-Ħajr li ser jiċċelebra fl-okkazjoni tal-50 Anniversarju mill-Ordinazzjoni Saċerdotali tiegħu  nhar il-Ħadd 9 ta’ Ġunju fis-6.00pm. Kulħadd għandu jkun f’postu kwarta qabel. Mhux ser jintbagħtu inviti. Flok rigali tista’ tingħata offerta lill-Arċipriet għad-Dar tal-Providenza. Wara I-Quddiesa kulħadd huwa mistiedem biex inkomplu naqsmu l-ferħ tagħna flimkien waqt riċeviment fil-bitha tal-Oratorju.

Proġett Siġġijiet Ġodda fil-Knisja Arċipretali

Nixtiequ nirringrazzjaw lil dawk li qed jikkontribwixxu fil-proġett  tas-siġġijiet ġodda għall-Knisja Arċipretali.  Il-flus li nġabru matul din il-ġimgħa jammontaw għal 3,150 euro. Nirringrazzjawkom. Min jixtieq jgħin f’dan il-proġett  billi jisponsorja xi siġġu u jew jagħti xi donazzjoni  hu mitlub li javviċina lill-Arċipriet.

IL-Fratellanza tal-Karmnu ser  tibda tiġbor donazzjonijiet għall-festi interni tal-Festa tal- Madonna tal-Karmnu. Tingħata rċevuta uffiċjali għal kull donazzjoni.

Nitolbu għar-ruħ ta’ Klara Bonanno u Ninu Camilleri li għaddew  għall-ħajja ta’ dejjem matul din il-ġimgħa: Agħtihom o Mulej.

Comments are closed.