Festa Liturgika ta’ Santa Katarina
Għada it-Tnejn, niċċelebraw il-festa liturġika tal-Patruna tal-parroċċa tagħna, Santa Katarina. Fil-5.30 pm għasar u fis-6.00 pm quddiesa konċelebrata mexxija Minn Mons Charles Attard, bil-paniġierku mill- Patri Alan Adami OP; wara ssir purċissjoni fil-knisja, reposizzjoni tar-relikwija u tingħata l-Barka Sagramentali. Iċ-ċelebrazzjonijiet ikunu animati mill-Kor Parrokkjali Cantae Domino u l-mużika ta’ lejliet u nhar il-Festa tkun taħt it-tmexxija ta’ Patri Anton Briffa.
Nhar it-Tnejn, l-uffiċċju parrokkjali ma jkunx miftuħ.
Assemblea Parrokkjali
Nhar il-Ħamis se ssir l-Assemblea Parrokkjali li se jkollha bħala suġġett Il- Ġublew tat-Tama. Se ssir fil-knisja arċipretali: fis-6.45 pm . Se jkollna intervent minn Fr Mark Sultana, professur tal- filosofija u diresttur Spiritwali tas-Seminaristi. Ikun hemm ħin għad-diskussjoni.
Avvent
Nhar il-Ħadd nagħtu bidu għaż-żmien tal-Avvent, fil-quddies tat-Tfal tat-8.30am u tad-Toddlers ikollna t-tberik tal-girlandi tal-avvent. Għalhekk inħeġġu it-Tfal jagħmlu Ġirlanda sempliċi u jġibuha magħhom.
Il-Fratellanza tas-Santissmu Sagrament u l-Qalb ta Ġesu ser tfakkar gheluq l-20 sena mill-mewt ta’ Dun Salv Farrugia kif ukoll tiftaħ l-anniversarju tal-450 sena mit-twaqqif tal-istess Fratellanza b’permezz ta’ quddiesa li ser issir nhar il-Ħadd 1 ta’ Diċembru fis-6:30pm ġewwa l-Knisja ta’ Santa Marija ta’ Bubaqra. Inħeġġu lil kulħadd biex jattendi b’mod specjali lil membri tal-Fratellanza.
Tilqima Staġonali: Nhar Ħamis tingħata t-tilqima Staġonali ġewwa il-Berġa tas-Saħħa. Min hu interessat jinkiteb il-Kunsill Lokali sa nhar l-Erbgħa.
Nitolbu għal ħutna Josephine Zammit u Cikku Attard mill-parroċċa tagħna li għaddew għall-ħajja ta’ dejjem Agħtiha o Mulej.