Illum, Il-Ħadd, nagħtu bidu għall-festa bil-ħruġ solenni tal-Istatwa ta’ Santa Katarina V.M. min-niċċa. Fil-5.30 pm Għasar; fis-6.00 pm Quddiesa li fiha ssir it-tifkira ta’ Santa Klementina u bħala ringrazzjament fl-okkażjoni tal-anniversarju tat-twaqqif tal-Kor Parrokkjali Cantate Domino; fis-7.00 pm kelmtejn mill-Arċipriet, kurunella ta’ Santa Katarina u ħruġ solenni tal-istatwa ta’ Santa Katarina min-niċċa li titqiegħed fil-knisja għall-qima tagħna. Tingħad t-talba tal-litanija lil Santa Katarina; Ċelebrazzjoni Ewkaristika u bews tar-relikwija.Lejn it-Tmiem taċ-ċelebrazzjoni se jiġi nawgurat r-restawr tal-Pittura ta’ Franċisku Zahra – Trasport tal-Ġisem ta’ Santa Katarina ta’ Lixandra lejn il-Muntanja Sinaj. Ir-Restwar sar minn Amy Sciberras. Dan il- Proġett kien parzjalment sponsorjat minn GALXLOKK.
It-Tnejn: Jum it-tfal u l-vokazzjonijiet. Fis-6.30 pm Quddiesa għat-tfal organizzata mill-membri tal-MUSEUM; il-ġabra issir b’risq id-Dar tal-Providenza.
It-Tlieta: Jum id-devoti ta’ Santa Katarina. Fis-6.30 pm Quddiesa li fiha jieħdu sehem dawk kollha li jaħdmu għall-festa u għal ġid tal- parroċċa. Jingħata l-inkarigu lir-reffiegħa tal-vara. Wara il-quddiesa se ssir taħdita zgħira mir-restawratiriċi Amy Sciberras fuq il- pittura ta’ Frangisku Zaħra – Trasport tal-Ġisem ta’ Santa Katarina ta’ Lixandra lejn il-Muntanja Sinaj. Ir-Liema Proġett kien parzjalment sponsorjat minn GALXLOKK.
L-Erbgħa: L-Ewwel Jum tat-Tridu: Fis-6.00 pm Għasar; fis-6.30pm Quddiesa bil-priedka tat-Tridu minn Papas Martin Zammit. Wara l-quddiesa, kurunella, Innu, Antifona u Ċelebrazzjoni Ewkaristika, bews tar-relikwija u kant tal-innu popolari.
Il-Ħamis: It-Tieni Jum tat-Tridu. Fit-8.00 am Quddiesa kantata bil-vuċijiet. Fl-10.00 am Quddiesa għall-morda u l-anzjani. Fis-6.00 pm issir il-funzjoni tat-Tridu bħal jum tal-Erbgħa.
Il-Ġimgħa: L-Aħħar Jum tat-Tridu. Fit-8.00 am Quddiesa kantata bil-vuċijiet. Fis-6.00 pm issir il-funzjoni tat-Tridu bħal jum tal-Erbgħa.
Is-Sibt: Lejlet il-Festa. :Fit-8.00 am Quddiesa kantata bil-vuċijiet, Innu, Te Deum u Antifona.
Fis-5.45 pm, issir it-Translazzjoni solenni tar-Relikwija ta’ Santa Katarina mill-Knisja ta’ San Ġakbu għall-Knisja Arċipretali, kant tal-Ewwel Għasar solenni bis sehem tal- Kaapitlu tal- Betl Vittoriosa. Wara ssir Quddiesa konċelebrata mill- Isqof George Frendo.
Is-Sibt ikun hawn saċerdoti għall-qrar filgħodu u filgħaxija.
Il-Ħadd: Jum il-Festa. Fis-6.00 am u 7.00 am Quddies fit-7.45 am Kant tat-Tifħir ta’ Sbieħ-il Jum, fit-8.15 am. Quddiesa.Fid-9.15 am Kant tat-Talba ta’ Nofs il-Jum u Quddiesa Pontifikali konċelebrata preseduta minn Mons. Karm Camilleri; jinseġ il-Paniġierku Mons. Alfred Vella. . Fl-11.45 am u fil-5.00 pm Quddies . Fis-6.00 pm Għasar u Purċissjoni imexxi Mons.Joseph Zammit. Fl-10.30 pm Dħul tal-Purċissjoni, Litanija, Antifona, Ċelebrazzjoni Ewkaristika, bews tar-Relikwija u kant tal-Innu Popolari.
Għal darb’oħra qed issir l-inizjattiva BUKKETT TA’ MĦABBA b’risq id-Dar tal-Providenza.
Infakkru wkoll fl-albural li huwa sors importanti ħafna b’risq il-festa, fil-lotterija li qed issir bi statwa ta’ Santa Katarina bħala premju.
Nitolbu għal ruħ Karmena Vella u Cathrine MC Cadden , Anna Darmanin u Eric Zammit li għaddew għall-ħajja ta’ dejjem matul din il-ġimgħa: Agħtihom, o Mulej, …